Hekk kif kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda dwar il-qtil ta’ Bernice Cassar, li seħħ fit-22 ta’ Novembru li għadda f’Raħal il-Ġdid, komplew joħorġu aktar dettalji li jippuntaw lejn Roderick Cassar bħala l-aggressur.
Fosthom, issemma kif f’Mejju, meta l-vittma marret tagħmel rapport fit-Taqsima tal-Vjolenza Domestika, Bernice dehret eċitata u mbeżża’ għax żewġha qalilha li lil uliedhom mhux se jarawhom iżjed f’ħajjithom.
Dan ħareġ mix-xhieda tal-Kuntistabbli Jacqueline Chappell, li spjegat ukoll li saħansitra f’Jum l-Omm tal-2022, l-imputat heddidha b’sikkina.
Il-każ instema’ quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud.