Thursday, March 28, 2024

Premier League of Darts: Magħrufa l-għaxar plejers għall-fażi finali

Aqra wkoll

Saru magħrufa l-għaxar plejers irġiel li se jiffurmaw il-Premier League of Darts għal dan l-istaġun. Hekk kif ilbieraħ intlagħbet il-ħames u l-aħħar ġurnata fis-sala tal-Każin San Gejtanu fil-Ħamrun, Gordon Stanmore u Kevin Aquilina kisbu l-kwalifikazzjoni wara li ħarġu rebbieħa fil-kompetizzjoni rispettiva.

Stanmore u Aquilina ngħaqdu ma’ Enrico Scerri, Godfrey Abela, Albert Scerri, George Ebejer, Norbert Attard, Omar Aquilina, Kevin Spiteri u Tony Borg li aktar qabel għamluha għal din il-fażi.

Sadanittant mill-kampjonat 5-a-side, Education Bar għelbu lil Fgura Kenky 3-2 filwaqt li PO’s Bar sabuha faċli jirbħu 5-0 kontra Sliema Inter Darts Club.

F’aktar logħbiet, Ħamrun Bayern A għelbu lil Manchester Conquest Pub 4-1 bi Floriana Ajax X Clean li xejn ma sabuha faċli jirbħu 3-2 kontra Birżebbuġa Lions.

Ekonomija

Sport