Wednesday, April 24, 2024

SHCM tittermina l-konċessjoni tat-tmexxija tat-tliet sptarijiet

Aqra wkoll

Fi stqarrija maħruġa llum minn Steward Healthcare Malta (SHCM), ippreżentat ittra ta’ terminazzjoni li permezz tagħha qed tittermina l-konċessjoni tal-immaniġġjar u t-tmexxija ta’ tliet sptarijiet – l-Isptar St. Luke’s, Karin Grech u l-Isptar Ġenerali t’Għawdex — kif ukoll ta’ Barts Medical School.

Il-kumpanija sostniet li l-prijorità tagħha hija li tkompli tagħmel ċert illi tħares is-saħħa u l-kura tal-pazjenti tagħhom kif ukoll li tħares lill-impjegati kollha. Steward Healthcare kompliet billi aċċertat li se ssir tranżizzjoni xierqa f’dak li hu mmaniġġjar u tmexxija, kif ukoll li se taħdem id f’id mal-awtoritajiet konċernati sabiex tiżgura li l-bidla fit-tmexxija ssir fi żmien raġjonevoli.

Sport