Thursday, December 26, 2024

Hedduha li jekk titkellem jagħmlulha bħalma għamlu lil Grech

Tagħti x-xhieda tagħha mara li rat il-qtil ta’ Grech iseħħ

Aqra wkoll

Fit-tielet jum tal-ġuri ta’ Libjan u Tuneżin li jinsabu mixlija illi qatlu lil Simon Grech ta’ 20 sena, mara xehdet li semgħet it-twerżiq u rat liż-żewġ akkużati jsawtu lil Grech. Qalet ukoll li wieħed mill-akkużati ħareġ sikkina minn wara u beda jagħti lil Grech biha.

Din ix-xhud, qalet li rat u semgħet dan waqt li hija kienet fit-triq tistenna lill-klijenti. Hija qalet li xħin irrotornat lura fuq il-post wara li kienet marret ma’ klijent, wieħed miż-żewġt irġiel li sawtu lil Grech heddidha li jekk titkellem jagħmlulha bħalma għamlu lil Grech. Hija xehdet ukoll kif wara dakinhar, qattgħet ħafna żmien Mount Carmel.

Il-mara kkonfermat li lil-Libjan kienet ratu darba biss ma’ Grech. Kompliet tixhed li ftit wara l-episodju daħlet il-ħabs mnejn is-CID ħaduha d-Depot għax ried ikellimha l-Ispettur. Qalet ukoll li lilha l-Pulizija qalulha li sabu lil Grech mejjet u li kellhom il-provi li hi rat kollox.

Finalment, ix-xhud qalet li l-Pulizija kienu kellmuha wara li kienu rċevew ittra anonima li fiha ngħad li hi rat il-qtil ta’ Grech iseħħ quddiem għajnejha.

Dan il-ġuri qed jinstema’ quddiem l-Imħallef Aaron Bugeja.

Aqra aktar.

Ekonomija

Sport