Wednesday, April 17, 2024

Mil-lum partijiet minn Triq in-Naxxar f’Birkirkara se jkunu magħluqa

Aqra wkoll

Infrastructure Malta bħalissa għaddejja b’bosta xogħlijiet fit-toroq tagħna. Fl-aħħar sigħat hija fakkret lill-pubbliku li matul il-jum tal-lum ser jitkomplew ix-xogħlijiet fi Triq in-Naxxar f’Birkirkara fejn partijiet minn din it-triq ser ikunu qed jinbnew mill-ġdid.

Il-kumpanija ħabbret li parti minn din it-triq, bejn kantuniera ma’ Triq il-Mitħna u kantuniera ma’ Triq Dun Karm (il-Bypass ta’ Birkirkara), mil-lum se tkun magħluqa u se tibqa’ hekk sakemm jinħareġ avviż ieħor.

Għaldaqstant il-pubbliku huwa mħeġġeġ li juża toroq alternattivi, bħal Triq Ganu jew Triq il-Wied Ħal Balzan.

Ekonomija

Sport