‘Ħejjejna bl-aħjar mod possibbli minkejja ż-żmien limitat li kellna. U introduċejna stil ġdid, u filosofija ġdida,’ qalet il-Kowċ tat-Tim Nazzjonali tan-Nisa Manuela Tesse ġurnata qabel l-ewwel impenn internazzjonali għaliha f’dan ir-rwol.
Malta tiltaqa’ mal-Lussemburgu nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Frar fis-Centenary Stadium fl-ewwel partita minn double header kontra da nil-pajjiż.
‘Il-plejers huma dedikati ħafna u dan huwa importanti ħafna għalija,’ kompliet Tesse. Hija spjegat li l-plejers qed jadattaw pjuttost tajjeb għal din il-filosofija ġdida u jittamaw li jkollhom logħba tajba.
Waqt li tkellmet mal-Malta FA fuq MD-1, kompliet tgħid li tinsab eċċitata ħafna b’din l-isfida ġdida għaliha.
Malta tiffaċċja lil-Lussemburgu f’żewġ logħbiet ta’ ħbiberija fis-Centenary Stadium nhar il-Ġimgħa 17 (kick-off 18:00), u mbagħad għal darb’oħra nhar it-Tnejn (kick-off 11:00).
Lista finali tal-iskwadra Maltija
GOALKEEPERS: Janice Xuereb (Birkirkara), Patricia Ebejer (Mgarr United)
DIFENSURI: Rebecca Bajada (Mgarr United), Maia Debono (Mgarr United), Stephania Farrugia (Birkirkara), Alexandra Gatt (Durham, England), Emma Lipman (Como, Italja), Ann-Marie Said (Birkirkara), Emma Xuereb (Swieqi United) , Charlene Zammit (Birkirkara),
MIDFIELDERS: Brenda Borg (Mgarr United), Martina Borg (Hibernians), Reagen Mallia (West Virginia University, Stati Uniti), Nicole Sciberras (Hibernians), Dorianne Theuma (Swieqi United), Shona Zammit (Swieqi United)
ATTAKKANTI: Haley Bugeja (Orlando Pride, USA), Ylenia Carabott (Spezia, Italja), Maria Farrugia (Durham, Ingilterra), Jade Flask (Swieqi United), Mariah Sciberras (Swieqi United), Kailey Willis (Chievo Verona, Italja)