Sunday, December 22, 2024

“Ħela sagħtejn jipprova jbeżża’ li jien mhux kapaċi nwassal aħjar”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-ewwel reazzjoni għad-diskors tal-Prim Ministru Robert Abela b’rabta mal-budget 2022 il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech għal darba oħra qal li dan il-budget huwa budget għal-lum biss. Grech mal li llejla assistejna għal diskors ta’ sagħtejn ta’ Prim Ministru li injora l-issues l-aktar importanti li jolqtu l-pajjiż ilum fosthom il-kompetittività u r-reputazzjoni ta’ pajiżna.

Grech qal li l-Prim Ministru kien irresponsabbli li ħalla l-inċertezza ta’ elezzjoni mdendla għax għalih jinteressah biss fl-interessi elettorali tal-Partit Laburista.

“Il-Prim Ministru ressaq budget finta, mela lil Malta b’billboards jirreklamaw budget finta meta kien jaf li sejjer għal elezzjoni bikrija”, kompla jgħid Bernard Grech.

Tkellem dwar il-libertà fix-xandir u l-libertà tal-poplu li jisma’ liż-żewġ naħat, imbagħad imur jiddeċiedi li għal darbaoħra għandu bżonn lill-Partit Nazzjonalista biex jieħdu fil-futur billi jneħħi dak kollu li mhux jaħdem. Huwa qal li llum il-Prim Ministru ħela sagħtejn jipprova jbeżża’ li hu mhux kapaċi jwassal aħjar minnu.

Grech sostna li l-Prim Ministru moħħu biex ibeżża’ bil-babaw u filwaqt li jinfexx f’attakki personali, jitkellem dwar budget b’ebda strateġija jew sens ta’ direzzjoni. 

Ekonomija

Sport