Ħelikopter tal-Forzi Armati jevakwa membru tal-ekwipaġġ ta’ bastiment wara emerġenza medika fuq il-baħar

Aqra wkoll

Il-Forzi Armati ta’ Malta wettqu operazzjoni ta’ evakwazzjoni medika dalgħodu, fil-Majjistral ta’ Malta, biex jassistu membru tal-ekwipaġġ ta’ bastiment merkantili li kien qed isofri minn emerġenza medika serja.

L-operazzjoni ġiet ikkoordinata miċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tas-Salvataġġ (RCC Malta), filwaqt li ħelikopter tal-Forzi Armati wasal fuq il-post biex itella’ lill-persuna abbord.

Il-membru tal-ekwipaġġ ittieħed Malta u ngħata f’idejn it-tim mediku tal-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport