Wednesday, December 25, 2024

Ħelsien mill-arrest għal raġel li nqabad b’2 Kilogrammi droga

Aqra wkoll

Raġel ta’ 32 sena minn Raħal Ġdid ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li aktar kmieni tressaq quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit mixli b’pussess ta’ droga li ma kinitx għall-użu personali tiegħu.

Il-prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispettur Marshal Mallia, spjegat li Liam Cassar ġie arrestat ilbieraħ filgħaxija fi Triq tal-Barrani, iż-Żejtun wara li fil-karozza nstabitlu kaxxa tal-kartun u li fiha kien hemm imgeżwra żewġ blokok kokaina. Fil-Qorti l-imputat qal li ma kienx konxju li fil-kaxxa kien hemm id-droga

Filwaqt li wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih, l-avukati Franco Debono u Francesca Zarb li dehru għalih talbu għall-ħelsien mill-arrest tiegħu. Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat għal din it-talba u qalet li minbarra li mhix temmen lil Cassar, għad iridu jiġu investigati persuni li ssemmew minnu.

Il-Maġistrat ordnat biex l-akkużat jinħeles mill-arrest b’diversi kundizzjonijiet fosthom depożitu ta’ €10,000 u garanzija personali ta’ €20,000.

Ekonomija

Sport