Tuesday, May 14, 2024

Tifel ta’ ħames snin imut b’attakk ta’ sħana wara li ommu nesietu hi u tħejji għal festin t’oħtu

Każ xokkanti fl-Istati Uniti

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Inħarġu ritratti ġodda tat-tifel ta’ ħames snin li fl-aħħar jiem miet kawża ta’ mewġa ta’ sħana wara li tħalla fil-karozza ta’ ommu għal sigħat fis-sħana.

Amanda Means, ta’ 36 sena, nesiet li binha ż-żgħir Trace kien imwaħħal fis-seat ta’ wara tal-SUV Porsche tagħha hekk kif aktar kmieni din il-ġimgġa, it-temperaturi laħqu s-37 grad f’Texas.

L-omm ħalliet lil binha fuq wara tal-karozza wara li pparkjat ftit metri bogħod mid-dar tal-familja. Huwa tħalla għal madwar tliet sigħat filwaqt li l-omm kienet aljentaa tħejji għall-festa ta’ għeluq snin bintha l-kbira.

Aktar tard issejħu l-pulizija fid-dar tal-familja, u ddikjaraw liċ-ċkejken ta’ ħames snin mejjet fuq il-post.

Wara sagħtejn jew tlieta, l-omm induna li t-tifel iż-żgħir tagħha kien nieqes. Hija ħarġet barra u għamlet l-iskoperta orribbli li dan kien għadu mwaħħal fis-seat tal-karozza tiegħu u immedjatament ċemplet lis-servizzi mediċi ta’ emerġenza, li sfortunatament iddikjarawh mejjet fuq il-post.

L-omm ma ġietx akkużata bil-mewt traġika ta’ binha, iżda l-investigazzjonijiet dwar il-każ għadhom għaddejjin.

Din is-sena biss, Trace huwa l-ħames tifel fl-Istati Uniti li miet kawża ta’ attakk ta’ sħana wara li tħalla f’karozza. 

Sport