Wednesday, April 24, 2024

Wimbledon: Andy Murray se jagħti l-premju finanzjarju lill-vittmi tal-gwerra tal-Ukrajna

Aqra wkoll

It-tennista Britanniku, Andy Murray, wiegħed li jagħti kull premju finanzjarju li jaqla’ minn Wimbledon ta’ din is-sena lill-vittmi tal-gwerra tal-Ukrajna.

L-Iskoċċiż ta’ 35 sena se jerġa’ jkun impenjat f’SW19 iżda kontra avversarji verament diffiċli hekk kif huwa jimmira li jirbaħ it-tielet titlu ta’ dan il-Grand Slam. 

Ir-rebbieħa ta’ Wimbledon tal-irġiel u tan-nisa jingħataw £2 miljuni. Iżda l-ammont li se jdaħħal matul dawn il-ġimagħtejn li ġejjin, Murray se jgħaddi kollox lill-għaqda tal-karitá UNICEF.

Murray, missier ta’ erbgħa, sostna li huwa jħoss ħafna għal dawk il-familji Ukreni li kellhom iħallu pajjiżhom minħabba l-atroċitajiet tar-Russja. 

Sport