Il-Ministru għall-Ġustizzja, Edward Zammit Lewis waqt li kien qed jitkellem fid-dibattitu dwar l-abbozz ta’ liġi dwar ir-Rikavat mill-Kriminalità, tenna li hemm bżonn li l-Bureau ta’ Irkupru ta’ Assi jkollu aktar riżorsi. Spjega li se jkunu impjegati aktar nies f’dan il-Bureau u qal li hemm proġettati li jkunu investiti €2.4 miljun għal maħżen f’Ħal Far u dan biex oġġetti ta’ valur li jkunu konfiskati jinżammu tajjeb. Enfasizza li kien hemm każi fejn il-gvern weħel il-flus hu fuq il-mod ta’ kif saret u nżammet il-konfiska.
Tenna li “hemm bżonn li l-inkjesti iridu jinqatgħu. Hemm nies qed ibatu. Din hi tbatija li qed jiffaċċjaw iċ-ċittadini. Fil-ġustizzja irridu inpoġġu liċ-ċittdini fin-nofs. Ħadd mhu Repubblika għalih hawn”.