Monday, September 23, 2024

“Kif ra ż-żejt tiela’ f’wiċċ l-ilma Muscat ġie hawn u qalilna ‘good bye’” – Id-Deputata Marlene Farrugia

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fil-ħin tal-aġġornament Marlene Farrugia qalet li “fuq fomm kulħadd hi dik ta’ kemm pajjiżi għaddej minn sfidi kbar.  Ħriġna minn żmien ta’ gvern Laburista taħt Muscat, qegħdin fi żmien Laburista ta’ Robert Abela. Ħriġna minn żmien fejn għal xhur sofrejna minn Oppożizzjoni fjakka u deħlin fi żmien fejn l-Oppożizzjoni għandha l-opportunità li tkun strumentali bil-mexxej il-ġdid li tgħaqqad il-pajjiż.  Importanti li tgħaqqad dan il-pajjiż. Hi l-firda u t-tribaliżmu li ġabna f’hiex ġejna. Kieku l-poplu għallimnieh biex jaħseb b’moħħu u jkun kritiku, u jimxi bl-intelliġenza u l-moħħ, kieku pajjiżna ma sofriex il-ħsara li issa ilkoll naqblu li għandha tiġi indirizzata immedjatament”. 

Kompliet tgħid li “jien nemmen f’pajjiżi u m’għandix dubju li flimkien il-ħsara li saret mill-gvernijiet ta’ qabel, tista’ tiġi newtralizzata u flimkien nibnu fuq il-ġid li sar mill-gvernijiet ta’ qabel.”

Enfasizzat li “hemm bżonn neħilsu mit-tribaliżmu. Dan biex nibdew paġna ġdida. Din il-paġna ġdida tridu ittuha intom. Inħallu it-tribaliżmu għall-festi. Hemm nistgħu inkunu tribali. Jien miż-Żurrieq, il-Madonna u Santa Katerina jaħfrulna.”

Tenniet li “ilbieraħ rajna lil Joseph Muscat f’90 sekonda jgħidilna ‘hello’ u ‘goodbye’. Jien nawguralu f’dak kollu li jixtieq jagħmel. Saret ħsara imma li se nibqgħu inbatu minnha għal snin twal. Mhux qed nirreferi għal ħsara ambjentali f’dik li hi rgħiba bla qies. Waħda mir-riżultati kif tmexxa l-pajjiż taħt Joseph Muscat hu l-qtil ta’ ġurnalista. Mhux qed ngħid li kien involut. Ma nafux, dak narawh ‘l quddiem.  Kellna l-kuntratti tal-Vitals. Ippruvajt inwaqqafhom b’mozzjonijiet jien bħala nanna Marlene miż-Żurrieq. Dawk issa se jbatu minnhom uliedkom għal tul ta’ żmien”.

Saħqet li “x’se jagħmel il-mexxej il-ġdid tal-PN? Dwar dan irridu naraw. Li ġara kien li l-Gvern ħoloq ‘feel good factor’ għal ftit żmien, li fih tħoss il-flus fil-but. KIf ra ż-żejt tiela’ f’wiċċ l-ilma ġie hawn u qalilna ‘good bye’”.

Sport