Saturday, December 28, 2024

“Hemm każijiiet ta’ ħaddiema barranin li jweġġgħu u li jibqgħu mistura… għax jibżgħu jitkellmu”

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus tkellem fuq il-ħaddiema barranin u l-imwiet li jseħħu fuq il-postijiet tax-xogħol. Qal li dan l-aħħar smajna b’każ ta’ immigrant li weġġa’ fuq il-post tax-xogħol u ntefa’ fuq bankina allegatament minn dak li kien iħaddmu. 

Qal iżda li hemm każijiet oħrajn li jibqgħu mistura. “Hawn qed nitkellmu fuq persuni li jħossuhom vulnerabbli. Għax jibżgħu li jekk jitkellmu jitilfu l-post tax-xogħol tagħhom. Għax jibżgħu li għax mhumiex imħarrġa u m’għandhomx ċertifikati, jekk jitkellmu se jwaqqgħu l-ġebla fuq saqajhom.

“Għandna r-responsabbiltà li nħarsu lejn din il-kwistjoni ta’ din il-faxxa ta’ ħaddiema vulnerabbli għax fl-aħħar mill-aħħar huma persuni li jeħtieġu l-protezzjoni tal-Istat,” qal Callus.

Ekonomija

Sport