Wednesday, May 14, 2025

“Hemm min qed јgħid li qed nagħmel dan kollu għax inħobb nidher”

... "kulħadd jista’ jara b’mod ċar min kien il-vittma"

Aqra wkoll

“Mela ħbieb, qed nara kummenti fuq il-paġna tiegħi jgħidu li jien nagħmel dan kollu għall-media, biex inkun famuża jew għax inħobb nidher. Imma ejja npoġġu l-affarijiet f’perspettiva. Il-kwistjoni kollha qamet minħabba dak li deher fuq Bajd u Bejken, bħal ma’ ħafna tafu”

“F’din l-istorja, kulħadd jista’ jara b’mod ċar min kien il-vittma u min kienu l-aggressuri. Mela issa nistaqsi: kemm-il darba jien kelli spazju fil-media biex ngħid tiegħi? U kemm-il darba ġew mistiedna huma — dawk li għamlu l-att — biex jitkellmu, jiddefendu ruħhom, u jingħataw reach enormi fuq pjattaformi bħal TV, podcasts, jew programmi online?”

Dan kien il-messaġġ li wasslet Terrу Muscat permezz ta’ messaġġ fuq Facebook, fejn qalet ukoll:”Min verament kellu l-ikbar exposure? Jiena, li kont il-vittma, jew huma, li għamlu dak li għamlu? Ħallikom tiddeċiedu intom.”

Tenniet tgħid: “U fl-aħħar nett, nixtieq inħalli magħkom mistoqsija importanti: dan il-pajjiż verament qed jipproteġi lill-vittma, jew qed jagħti aktar spazju u vantaġġ lil min jagħmel l-ħażen?

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport