Tuesday, September 23, 2025

‘Hemm proġett li attirani u qed inħares ‘il quddiem biex nibda din l-esperjenza ma’ Vittoriosa Stars FC’ – Kenley Scerri

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet minn mindu kelli ħames snin. Kull ħin li kont insib kont nara kif ħa nagħmel biex immur nagħti daqqtejn ballun, kemm jekk il- futbol, il-bandli, l-iskola u saħansitra anke ġod-dar stess. L-imħabba lejn il-futbol ma tiġix b’kumbinazzjoni imma tkun ġo fik! 

Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. Kif qed tħares lejn l-esperjenza ġdida tiegħek ma’ Vittoriosa Stars FC?

Għal dan l-istaġun ingħaqadt mat-tim ta’ Vittoriosa Stars FC u se nibda esperjenza ġdida ma’ dan it-tim. Hemm proġett li attirani u qed inħares ‘il quddiem biex nibda din l-esperjenza!

X’tikkummenta fuq il-livell tal-futbol Malti fil-preżent?

Il-livell naħseb li tjieb peró hemm ħafna aktar x’isir biex nilħqu livelli mixtieqa. Nemmen li għandu jkun hemm iktar opportunitajiet għall-plejers Maltin specjalment fil-Malta Premier.

U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn titħarrġu u tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?

Fortunatament il-grawnd tat-tim li se nkun qed ningħaqad miegħu se jkun qed jitgawda għall-ewwel darba dan l-istaġun għax qed jinqala’ u qed isir ġdid. Nemmen li l-grawnds tal-logħob għandhom jixxarrbu qabel il-logħbiet biex titjieb il-kwalitá tagħhom.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?

Inħares lejn il-futur b’ottimiżmu u lealtá lejn il-klabb tiegħi. Inħares ‘il quddiem biex nilħaq it-tragwardi tal-klabb u nkompli nipprogressa fil-karriera tiegħi.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Il-futbol huwa passjoni u dedikazzjoni. L-isport tal-futbol huwa sport sabiħ li jagħtik serħan il-moħħ u jbiegħdek u jżommok ‘il bogħod mill-vizzji.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport