Wednesday, December 25, 2024

Heritage Malta ssellem il-memorja ta’ Fr Marius Zerafa 

Aqra wkoll

Heritage Malta ssellem il-memorja ta’ Fr Marius Zerafa O.P., eks direttur tad-Dipartiment tal-Mużewijiet. 

Isem Fr Marius se jibqa’ dejjem marbut max-xena tal-arti f’Malta, bħala kritiku, għalliem, kuratur u konservatur. Bħala kuratur tat-Taqsima tal-Arti (1970-81), kellu sehem kruċjali fit-twaqqif tal-Mużew Nazzjonali tal-Arti fl-1974, fejn adotta sistema innovattiva li kienet talloka spazju lil artisti żgħażagħ Maltin biex jesebixxu xogħolhom, sikwit għall-ewwel darba. 

Aktar tard, bħala direttur tad-Dipartiment tal-Mużewijiet bejn l-1981 u l-1990, kellu rwol ewlieni biex, permezz ta’ negozjati bil-għaqal, tinstab il-pittura ta’ Caravaggio li turi lil San Ġilormu u li kienet insterqet fl-1984 mill-Konkatidral ta’ San Ġwann – ġrajja li huwa ddokumenta fil-Caravaggio Diaries. 

Inawgura wkoll għadd ta’ mużewijiet li jiffokaw fuq aspetti inqas apprezzati tal-wirt kulturali. 

Għada t-Tlieta, il-jum tal-funeral ta’ Fr Zerafa, il-bnadar fil-mużewijiet u s-siti kollha ta’ Heritage Malta se jittajru mezzasta b’turija ta’ rispett. 

Ekonomija

Sport