Saturday, May 4, 2024

Heritage Malta tesprimi tħassib dwar l-effetti ta’ solar farm fuq is-sit Ta’ Ħaġrat

Aqra wkoll

Heritage Malta tesprimi tħassib dwar l-effetti ta’ solar farm fuq is-sit Ta’ Ħaġrat Heritage Malta qed tesprimi t-tħassib tagħha dwar l-effetti ta’ solar farm li qed jiġi propost li tinbena fi Triq San Pietru, l-Imġarr.

Dan għaliex is-solar farm tista’ taffettwa l-mod kif jiskula l-ilma tax-xita fl-inħawi tas-sit arkeoloġiku Ta’ Ħaġrat. Laġenzija nazzjonali għall-wirt kulturali bħalissa għaddejja b’konsultazzjonijiet masSovrintendenza tal-Wirt Kulturali dwar l-applikazzjoni biex tinbena s-solar farm.

B’konsegwenza diretta tal-iżvilupp li seħħ fir-raħal tal-Imġarr matul dawn l-aħħar ħamsin sena, it-triq li tagħti għal Ta’ Ħaġrat tfur bl-ilma kull darba li tagħmel xita qliel. Biex ittaffi din is-sitwazzjoni, f’dawn l-aħħar snin Heritage Malta ħadet passi biex tikkontrolla l-mod kif jiskula l-ilma fis-sit arkeoloġiku.

Il-Kunsill Lokali talImġarr dan l-aħħar ukoll issottometta applikazzjoni biex jimmaniġġa l-ilma taxxita f’dawn l-inħawi. Madankollu Heritage Malta hija mħassba dwar l-effetti li ssolar farm proposta jista’ jkollha fuq il-mod kif jiskula l-ilma tax-xita qrib Ta’ Ħaġrat.

Dan is-sit huwa wieħed minn għadd ta’ tempji megalitiċi Maltin imniżżlin fil-Lista tal-UNESCO ta’ Patrimonju Dinji. Ta’ Ħaġrat hu wieħed mill-eqdem monumenti tax-xorta tiegħu fid-dinja u min iżuru jista’ jara żewġ strutturi li għadhom ippreservati tajjeb.

Magħruf għad-daħla u l-faċċata impressjonanti tiegħu, is-sit ġie skavat bejn l-1923 u l-1926, b’xi interventi żgħar oħra fl-1953 u fis-snin sittin. L-ikbar struttura fis-sit tmur lura sal-aktar fażijiet bikrin tal-bini megalitiku, jiġifieri l-fażi tal-Ġgantija (3600 – 3200 QK).

Sport