Mosta ……….… 0
Hibernians ……5
Wara draw ma’ Valletta u telfa ma’ Ħamrun Spartans, Hibernians kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta warrbu għal kollox l-isfida ta’ Mosta bl-iskor ta’ 5-0.
Il-Pawlisti kienu superjuri matul id-90 minuta b’Jurgen Degabriele jkun protagonist bi tliet goals waqt li Jake Grech skorja t-tnejn l-oħra.
Kienu Mosta li ħolqu l-ewwel okkażjonijiet ta’ skor meta fil-ħames minuta cross ta’ Ekani mil-lemin ġie salvat minn Kone u ħames minuti wara, free-kick ta’ Failla ġie salvat parzjalement mill-goalkeeper Pawlist bil-ballun jiġi kklerjat mid-difiża. Hibs irrispondew fit-12-il minuta b’xutt fil-baxx ta’ Izquier li ġie milqugħ minn Akpan
Fil-15-il minuta, Hibernians fetħu l-iskor meta minn pass ta’ Jake Grech mil-lemin, JURGEN DEGABRIELE għeleb lil Akpan b’xutt fil-baxx.
Żewġ minuti wara, Muritala kważi għamilhom tnejn minn azzjoni identika bejnu u Thaylor iżda l-ballun ġie mxellef f’ corner.
Fil-41 minuta Mosta fallew ċans tajjeb meta s-sostitut Vassallo għadda l-ballun lejn Akiti li minn pożizzjoni tajba fuq il-lemin tefa’ għoli.
Minuta wara, Hibernians irduppjaw hekk kif Aldama temm ħarba fuq il-lemin b’ pass ieħor lejn JURGEN DEGABRIELE li mill-viċin tefa’ ġewwa.
Żewġ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima Mosta resqu viċin iżda Ekani falla l-mira bi ftit.
Fis-56 minuta, Akiti rċieva ballun fuq il-lemin iżda kkonkluda għoli mill-viċin u minuta wara, Okoh ra x-xutt mill-viċin jiġi salvat minn Kone.
Fis-66 minuta, Hibs għamluhom tlieta meta minn cross tas-sostitut Mensah mil-lemin, JAKE GRECH venven xutt minn barra l-kaxxa li ra l-ballun jolqot il-mimduda qabel jaqbeż il-linja.
Fit-80 minuta, il-Pawlisti kabbru l-iskor meta JAKE GRECH ikkonkluda mill-pass ta’ Morillas.
Seba’ minuti wara, JURGEN DEGABRIELE rċieva pass fit-tul u avvanza waħdu qabel għeleb lill-goalkeeper Mosti.
MOSTA: 12-Ini Etim Akpan, 5-Patrick Mensah (10-Precious Linus Tenebe 46), 8-Christ Evo Ememe (24-Michael Chidera Okoh 22), 13-Clayton Failla, 16-Gianluca Sciberras (6-Roderick Briffa 46), 20-Boubakary Diarra, 22-Tyrone Farrugia (74-Jake Vassallo 30), 33-Geoffrey Edwin Acheampong (2- William Legault 69), 43-Steve Kingue, 98-Jonas Rodriugez Ekani, 99-Tobi Akiti – Coach: Joseph Grech
HIBERNIANS: 24-Ibrahim Kone, 3-Ferdinando Apap, 6-Gonzalo Llerena Bravo (19-Joseph Zerafa 79), 7-Thaylor Aldama (17-Gabriel Mensah 64), 8-Jake Grech, 10-Jurgen Degabriele, 11-Bjorn Kristensen (13-Zachary Grech 64), 22-Gabriel Izquier Artiles (30-Isaiah Chukunyere 85), 23-Yunusa Owolabi Muritala (9-Jairo Morillas Rivero 79), 42-Ali Diakite, 88-Rodolfo Soares – Coach: Andrea Pisanu
REFEREE: Glen Tonna
ASS. REFEREES: Edward Spiteri, Thomas Debono
RABA’ UFF: Emanuel Grech
SKORERS: J. Degabriele 15, 42, 87, J. Grech 66, 80 (H)
AMMONITI: T. Aldama, R. Soares, G. Llerena (H); G. Acheampong (M)
PLAYER TAL-LOGĦBA: Jurgen Degabriele (Hibs)