Saturday, May 4, 2024

Kampjonat Premier: Draw ta’ mingħajr goals bejn Marsaxlokk u Gzira United

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Marsaxlokk ……..0

Gzira United ……0

F’partita li ma laqħitx l-aspettattivi mixtieqa, Marsaxlokk żammew lil Gzira United fi draw diżappuntanti ta’ mingħajr goals biex kisbu l-ewwel punt tal-istaġun filwaqt li Gzira fallew żewġ punti li għalkemm li kienu xi ftit aħjar, ma rnexxielhomx jegħlbu lid- difiża Xlukkajra.

Kienu Marsaxlokk li ħolqu l-ewwel periklu wara seba’ minuti meta cross insidjuż ta’ Wellington De Sousa ġie interċettat tajjeb mill-goalkeeper tal-Maroons, Darijan Zarkov.

Wara kwarta logħob,   minn azzjoni ta’ corner mogħti minn Tiago Adan Fonseca, Wellington għola tajjeb iżda d-daqqa ta’ ras tiegħu kienet ċentrali.

Ix-Xlukkajri komplew jiddominaw u żewġ minuti biss wara Leandro Aguirre kellu freekick salvat mill-goalkeeper Gżirjan.

L-istess Gzira  wieġbu għall-ewwel darba fit-38 minuta meta free-kick mogħti minn Nikolai Muscat bil-baxx mid-distanza, ġie salvat tajjeb minn mal-art mill-goalkeeper Jose Maria Gobbi.

Il-pressjoni kienet kollha fuq il-Maroons u fil-55 minuta Maxuell Maia dar tajjeb ma’ difensur avversarju qabel kellu x-xutt tiegħu salvat tajjeb minn Gobbi.

Marsaxlokk wieġbu fit-63 minuta meta Leandro Aguirre minn freekick ipprova jaħsad lil Zarkov, bil-ballun iżda jintemm barra.

Erba’ minuta wara, Gzira reġgħu ħolqu l-periklu me­ta Jefferson De Assis ittanta xortih permezz ta’ xutt mid-distanza li iżda ntemm barra. Fil-81 minuta Clive Gauci approfitta minn indeċiżjoni fid-difiża ta’ Marsaxlokk qabel kellu x-xutt tiegħu mill-viċin jiġi kklerjat minn Emer­son Vella.

Fid-90 minuta, kellu jkun il-goalkeeper Gobbi li salva d-daqqa ta’ ras ta’ Toni Kolega.

GZIRA U.: 30-Darijan Zarkov, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 5-Luke Tabone, 6-Nikolai Muscat (7-Steve Pisani 84), 8-Zachary Scerri, 9-Marcelo Dias (17-Clive Gauci 62), 23-Ricardo Correa Duarte (22-Toni Kolega 62), 44-Marko Cosic, 91-Maxuell Maia, 94-Jefferson De Assis, 98-Jackson Menzoda   – Coach: Darren Abdilla

MARSAXLOKK: 23-Jose Maria Gobbi, 7-Ayrton Attard, 10-Conor Borg (37-Fabian Santiago Moracci 70), 14-Walter Omar Serrano, 17-Peter Xuereb, 25-Oscar Carniello (19-Emerson Vella 58), 27-Leandro Aguirre, 77-Wellington Valentin De Sousa, 88-Dejan Vukovic, 96-Daniel Agius, 99-Tiago Adan Fonseca  – Coach: Palo Doffo

REFEREE: Slobodan Petrovic

ASS. REFEREES: Alan Camilleri, Paul Apap

RABA’ UFF: Stefan Pace

SKORERS: Ħadd

AMMONITI: T. A. Fonseca, C. Borg (M), J. Mendoza (G)

PLAYER TAL-LOGĦBA: Leandro Aguirre (Marsaxlokk)

Sport