Saturday, November 16, 2024

Hibernians champions għat-13-il darba

Aqra wkoll

Hibernians …… 3

Birkirkara …… 1

Hibernians saru champions għat-13-il darba meta dawru telfa f’rebħa ta’ 3-1 fuq Birkirkara. Dan għalekmm fadal partita għal tmiem l-istaġun, iżda bil-vantaġġ ta’ sitt punti f’ras il-klassifika fuq Floriana, huma ma jistgħux jintlaħqu mill-Greens.

F’din il-partita, Hibernians komplew jikkonfermaw il-qawwa tagħhom, għal­kemm wieħed ma jrid ineħħi xejn mill-mertu tal-Istripes li offrew sfida denja.

L-ewwel azzjoni waslet, fis-seba’ minuta, min-naħa ta’ Hibernians meta Jurgen Degabriele qabeż difensur avversarju iżda l-konklużjoni tiegħu ħabtet man-naħa ta’ barra tax-xibka.

Madankollu, fid-19-il mi­nuta kienu Birkirkara li fet­ħu l-iskor meta Ryan Scicluna avvanza tajjeb fl-kaxxa, bil-ballun li deher wieħed mitluf jintemm għand l-attakkant Arġentin FEDERI­CO FALCONE li permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

L-Istripes komplew jippressaw u żewġ minuti biss wara, Diego Venancio, kellu konklużjoni pjuttost fraġili li ġiet slavat mingħajr wisq diffikultá mill-goalkeeper Paw­lista, Ibrahim Kone.

Iżda fit-28 minuta, il-Paw­listi kisbu d-draw meta Thaylor Aldama pprovda l-assist lil JURGEN DEGABRIELE li mill-viċin tefa’ f’lasti vojta.

Fil-57 minuta, Il-goalkeeper Sylla dawwar f’corner ix-xutt ta’ Jurgen Degabriele biex evita goal ċert.

Iżda fil-71 minuta huwa ma seta’ jagħmel xejn meta minn azzjoni ta’ corner, Leandro Aguirre bir-ras xeħet għan-nofs fejn DUNSTAN VELLA kien ġej bil-ġirja u b’daqqa ta’ ras oħra sammar il-ballun fix-xibka.

Fid-90 minuta, Filipe Da Costa Oliveira kellu t-tentattiv tiegħu jistampa mal-lasta iżda erba’ minuti wara RA­PHAEL DOS ANJOS issiġilla r-rebħa b’ġirja min-nofs il-ground wara li sab ruħu waħdu wara li l-goalkeeper  Amara Sylla ħalla postu għal azzjoni ta’ corner favur Birkirkara … u nqabad fin-naħa Pawlista. 

HIBERNIANS: 24-Ibrahim Kone, 3-Ferdinando Apap, 4-Leandro Almeida, 8-Jake Grech (6-Raphael Dos Anjos 82), 10-Jurgen Degabriele (88-Wilfried Domoarud 82), 12-Dunstan Vella, 13-Zachary Grech, 18-Thaylor Aldama (70-Filipe Hugo Da Costa Oliveira 87), 20-Andrei Agius, 22-Gabriel Izquier Artiles, 42-Ali Diakite   – Coach: Stefano Sanderra

BIRKIRKARA: 12-Amara Sylla, 2-Enzo Ruiz, 5-Enrico Pepe, 8-Claudio Bonanni (6-Yannick Yankam 78), 11-Kurt Zammit, 20-Federico Falcone (23-Bismark Ngissah 69), 21-Ryan Scicluna (24-Nathan Cross 88), 27-Leandro Aguirre, 30-Kilian Bevis (7-Luke Monetbello 78), 70-Jeferson Macedo (16-Jed Valletta 88), 77-Diego Venancio   – Coach: Jonathan Holland

REFEREE: Malcolm Spiteri

ASS. REFEREES: Alan Camilleri, Duncan Sultana

RABA’ UFF: Glen Tonna

SKORERS: F. Falcone 19 (B), J. Degabriele 28, D. Vella 71, R. Dos Anjos 94 (H) 

AMMONITI: T. Aldama, F. Apap (H), Y. Yankam (B)

Ekonomija

Sport