Wednesday, October 9, 2024

Hibernians idawru telfa f’rebħa

Aqra wkoll

Zabbar SP …….1

Hibernians ……2

Minn Cristian Muscat

Kienet partita pjaċevoli li rat lil Hibernians idawru telfa f’rebħa meta għelbu lil Żabbar St. Patrick bl-iskor ta’ 2-1 biex baqgħu jżommu l-kuntatt mat-timijiet ta’ fuqhom.

Min-naħa taż-Żabbarin, dawn baqgħu fit-tielet post mill-aħħar.

Qabel il-partita, il-captain tal-Pawlisti Bjorn Kristensen ingħata flokk kommemorattiv hekk kif lagħab l-400 logħba ma’ Hiber­nians.

Kienu Zabbar li ħolqu l-ewwel periklu fl-10 minuta meta Brian Gambarte kellu xutt li ntemm ftit għoli.

Hibernians wieġbu tliet minuti wara meta xutt ta’ Ayrton Attard ġie salvat f’corner mill-goalkeeper żagħżugħ ta’ Zabbar, Luca Camilleri.

Dan sabiex fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, is-Saints fetħu l-iskor meta VINICIUS DE PAIVA permezz ta’ xutt fil-baxx għeleb għal kollox lil Pablo Sanchez.

Fil-51 minuta, free-kick ta’ Ayrton Attard għal Hibernians għadda ftit għoli.

Mas-siegħa logħob, l-is­tess Attard kompla jirriżulta bħala theddida kontinwa għad-difiza ta’ Zabbar bix-xutt imdawwar tiegħu ra lil Luca Camilleri jwettaq save tajjeb.

Il-Pawlisti bdew iżidu fil-logħob tagħhom u ma kienet l-ebda sorpriża li fit-68 minuta kisbu d-draw meta JURGEN DEGABRIELE kkonkluda b’xutt sabiħ wara li rċieva minn fuq ix-xellug.

Wara dan il-goal, it-team immexxi mill-coach, Branko Nisevic, kompla jippressa għall-goal rebbieħ u proprju fit-80 minuta għamlu dan meta FEDERICO FALCONE minn pożizzjoni idea­li tefa’ gewwa.

Iż-Żabbarin ippruvaw jagħmlu xi forma ta’ reazzjoni iżda l-Pawlisti komplew jammistraw l-andament sat-tmiem.

ZABBAR SP: 1-Luca Camilleri, 4-Miguel Azzopardi (5-Jake Micallef 72), 8-Felix Wallace Bonilha, 10-Brian Gambarte (11-Stefan Ilic 65), 19-Diogo Joao, 28-Vinicius da Paiva, 29-Dion Fava (9-Sean Gatt 83), 31-Joao Pedro, 55-Dorde Jovicic, 95-Marcelo Barros, 99-David Oliveira Souza  – Coach: Joao Pedro De Oliveira

Hibernians: 1-Nino Pablo Sanchez, 2-Kleiton, 4-Alfred Silas (13-Jake Portelli 78), 5-Kurt Shaw, 7-Ayrton Attard (21-Alex Bruno 64), 8-Rodrigo, 9-Natha Felicio (23-Matthew Ellul 84), 10-Jurgen Degabriele (6-Lucas Caruana 84), 11-Bjorn Kristensen, 17-Isaiah Chukunyere (20-Federico Falcone 64), 44-Pedro Henrique  – Coach: Branko Nisevic

REFEREE: Alex Johnson

ASS. REFEREES: Duncan Sultana, Shaun Calleja

RABA’ UFF: Glen Tonna

SKORERS: V. Paiva 49 (ZSP), J. Degabriele 70, F. Falcone 81 (H)

AMMONITI: M. Santos, D. Jovicic, W. Bonilha, J. Pedro, D. Oliveira (ZSP), F. Falcone (H)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport