Saturday, October 26, 2024

Hibernians ikabbru l-vantaġġ fil-quċċata

Aqra wkoll

Hibernians ………3

Gzira United ……1

Hibernians kabbru l-vantaġġ f’ras il-klassifika għal tmien punti fuq it-ti­mijiet ta’ Birkirkara, Floriana u Valletta meta rnexxielhom idawru telfa f’rebħa kontra Gzira United bl-iskor ta’ 3-1.

Din kienet rebħa oħra li tkompli s-sensiela tal-mixja pożittiva għat-team immexxi mill-coach Stefano Sanderra waqt li Gzira jkomplu jaqsmu s-sitt post tal-klassifika ma’ Balzan.

Il-Maroons kellhom bidu mill-aqwa hekk kif fetħu l-iskor wara biss erba’ minuti meta minn corner ta’ Yuri Messias mix-xellug, daqqa ta’ ras preċiża ta’ MAXUELL MAIA ma tat ebda ċans lill-goalkeeper Ibrahim Kone jsalva.

Fid-disa’ minuta, Messias għadda l-ballun lejn Jefferson li kellu xutt angolat mix-xellug salvat minn Kone.

Ħames minuti wara f’kontrattakk ta’ Gżira, Steve Pisani għadda l-ballun lejn Maia iżda Kone ħareġ barra l-kaxxa biex jikklerja l-periklu.

Man-nofs siegħa logħob, Izquier għadda lejn Jake Grech li kellu x-xutt fil-baxx mxellef f’corner. Mill-is­tess corner, id-daqqa ta’ ras ta’ Apap ġiet salvata tajjeb mill-goalkeeper ta’ Gżira.

Żewġ minuti wara l-Paw­listi kisbu d-draw hekk kif minn cross ta’ Thaylor, Vella għadda l-ballun lejn JURGEN DEGABRIELE li spara ġewwa mill-viċin.

Kien goal li ta ispirazzjoni ġdida lil Hibernians li fit-tieni taqsima kienu superjuri għal kollox biex skorjaw darbtejn oħra mingħajr risposta.

Infatti, fit-58 minuta, huma marru fil-vantaġġ hekk kif Vella għadda l-ballun lejn Jake Grech fuq ix-xellug bix-xutt ta’ dan ta’ l-aħħar jegħleb lil Radelic Zarkov u JURGEN DEGABRIELE kien pront ikom­pli l-ballun għal ġewwa mill-viċin.

Fl-74 minuta, Hibernians serrħu rashom mit-tliet punti meta għamluhom 3-1. Wara li bidel il-ballun ma’ Degabriele, mill-cross ta’ dan ta’ l-aħħar mix-xellug, JAKE GRECH spara ġewwa mill-qrib.

HIBERNIANS:  24-Ibrahim Kone, 3-Ferdinando Apap, 4-Leandro Almeida, 7-Ayrton Attard, 8-Jake Grech (13-Zachary Karl Grech 83), 10-Jurgen Degabriele, 11-Bjorn Kristensen, 12-Dunstan Vella, 18-Thaylor Aldama (23-Edafe Christopher Uzeh 86), 20-Andrei Agius, 22-Gabriel Iz­quier Artiles  – Coach: Stefano San­derra

GZIRA U.: 30-Darijan Radelic Zarkov, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 5-Luke Tabone, 6-Nikolai Muscat, 7-Steve Pisani (19-Martin Davis 70), 8-Za­chary Scerri, 11-Yuri Messias, 20-Nevin Portelli (9-Emma­nuel Mbong 70), 91-Maxuell Maia, 94-Jefferson de Assis, 98-Jackson Mendoza.  – Coach: Darren Abdilla

REFEREE: Fyodor Zammit

ASS. REFEREES: Alan Camilleri, Mitchell Scerri

RABA’ UFF: Glen Tonna

SKORER: M. Maia 4 (GU); J. Degabriele 32, 58, J. Grech 74 (H)

AMMONITI: F. Apap, L. Almeida, J. Degabriele (H); J. De Assis (G)

Sport