Monday, December 23, 2024

Hibernians jikkonvinċu u jegħlbu lil Pietá Hotspurs

Aqra wkoll

Pietá H.……………..1

Hibernians……….4

Hibernians ikkonvinċew bis-sħiħ u għelbu l-isfida ta’ Pietá Hotspurs bl-iskor kbir ta’ 4-1, fejn spikkaw bis-sħiħ għalihom il-players Joao Vitor De Oliveira Florencio u Jake Grech, li rreġistraw doppjetta personali kull wieħed.

Hiberians fetħu l-iskor fl-ewwel periklu li ħolqu mal-kwarta logħob meta JOAO VITOR DE OLIVEIRA FLORENCIO, qabeż lill-goalkeeper żagħażugħ ta’ Pietá, Reeves Cini, u tefa’ l-ballun f’lasta vojta.

Huma komplew fuq l-offensiva u minuta biss wara, Zean Leonardi waqqa’ lil Gabriel Mensah fil-kaxxa. Mill-11-il metru nkariga ruħu JAKE GRECH li ma żbaljax, bil-ballun jgħaddi minn taħt idejn Reeves Cini.

Izda Pieta ma rmewx ix-xugaman anzi wettqu reazzjoni tajba u fil-25 minuta, naqsu l-marġni tal-iskor meta minn cross-shot ta’ Ojo Temitope Abraham, il-goalkeeper ta’ Hibernians, Ibrahim Kone, miss il-ballun bi ftit qabel intemm għand IVIN FARRUGIA li minn taħt il-lasta tefa’ ġewwa.

L-azzjoni sussegwenti waslet biss fil-50 minuta, bil-Pawlisti jkunu huma li joġolqu l-periklu meta l-ewwel Gabriel Mensah ħareġ l-aħjar ta’ Reeves Cini li salva bi bravura, biex sekondi biss wara, Mathias Andres Vallejo reġa’ mpenja lil Cini, li salva goal ċert.

Huma komplew fuq l-offensiva u ħames minuti wara, Jake Grech, avvanza tajjeb fil-kaxxa iżda wiċċ imb’wiċċ ma’ Cini, ra l-konklużjoni tiegħu, tintemm ftit barra.

Kuma jmur kompla d-dominju assolut ta’ Hibernians, u fit-58 minuta, skorjaw it-tielet goal permezz ta’ xutt fil-baxx minn ġol-kaxxa ta’ JOAO VITOR DE OLIVEIRA  FLORENCIO.

Huma ssiġillaw ir-rebħa permezz tar-raba’ goal fit-83 minuta, meta JAKE GRECH, minn pożizzjoni angulata, spara l-ballun fix-xibka.

Il-Pawlisti komplew jippressaw u fid-90 minuta, is-sostitut Isaiah Chukunyere, kellu x-xutt tiegħu minn ġol-kaxxa, li ntemm ftit barra.

Pietá H.: 1-Reeves Cini, 2-Samuel Okoh, 3-Clinton Bangura, 5-Temitope Ojo Abraham (30-Luca Gatt 71), 7-Jake Ghio (8-Terence Agius 63), 9-Armen Hovhannisyan, 11-Alan David Schembri Wismayer (4-Thomas Howland 77), 17-Kurt Briffa (47-Gabriel Xuereb 71), 18-Ivin Farrugia (21-Kaydon Catania 71), 22-Zean Leonardi, 99-Takuma Yamaguchi Coach: Rodney Bugeja

Hibernians: 24-Ibrahim Kone, 4-Kurt Shaw, 6-Gonzalo Bravo Llerena, 7-Mathias Andres Vallejo (13-Zachary Grech 78), 8-Jake Grech, 11-Bjorn Kristensen, 12-Dunstan Vella, 17-Gabriel Mensah (9-Eduardo Andres Mangles Herrera 59), 18-Joao Vitor Florencio De Oliveira (30-Isaiah Chukunyere 86), 20-Andrei Agius, 42-Ali Diakite Coach: Silvio Vella

Referee: Ishmael Barbara

Ass. Referees: Roberto Vella, James Muscat

Raba’ Uffiċjal: Slobodan Petrovic

Skorers: J. V. De Oliveora Florencio 15, 58, J. Grech pen. 16 (H), I. Farrugia 25 (P)

Ammoniti: E. A. Mangles Herrera, Z. Grech (H)

Player tal-Logħba: Joao Vitor De Oliveira Florencio (H)

Ekonomija

Sport