Wednesday, April 24, 2024

Hibernians jiksbu s-servizzi tad-difensur Kurt Shaw

Aqra wkoll

Hibernians kisbu s-servizzi tad-difensur internazzjonali Malti ta’ 23 sena, Kurt Shaw.

Shaw beda l-karriera tiegħu man-nursery ta’ Melita u ngħaqad ma’ Sliema Wanderers fl-età ta’ 12-il sena. Mal-Blues, kompla biex iddebutta fil-Premier League fl-istaġun 2016/17.

Hibernians qabel kienu ffirmaw lil Rodolfo Soares u Gabriel Mensah mingħand Gudja United u lil Lorenzo Soares Fonseca u Justin Haber mingħand Santa Lucia. Il-Pawlisti kkonfermaw lill-coach Stefano Sanderra u estendew il-kuntratti ta’ Ibrahim Kone, Ferdinando Apap, Thaylor Aldama u Ali Diakite.

Sport