Monday, April 14, 2025

Hibernians jirbħu l-Kampjonat BOV Basketball tal-Ewwel Diviżjoni

Aqra wkoll

Hibernians Basketball ħarġu rebbieħa tal-Kampjonat BOV Basketball tal-Ewwel Diviżjoni fejn kisbu t-titlu ta’ Champions wara r-raba’ logħba tal-finali playoff fuq ħames logħbiet kontra Luxol.

F’waħda mill-eqreb finali fl-istorja riċenti, Hibernians rebħu l-ewwel logħba bi skor ta’ 69-67 bil-Luxol jirbħu t-tieni partita fis-serje 100-91 f’partita li kellha bżonn l-overtime biex tintrebaħ. It-tielet logħba, waslet għall-overtime u rat lil Hibernians jieħdu vantaġġ ta’ 2-1 fis-serje finali b’rebħa viċina ta’ 101-98 fejn finalment issiġillaw il-kampjonat b’rebħa 93-83 fir-4 logħba biex għalqu s-serje 3-1.

Tederick Wolfe, il-plejer Amerikan ta’ Hibernians, ġie vvutat bħala l-Aqwa Plejer (MVP) tas-Serje tal-Playoff Finali u ġie ppreżentat bi trofew kommemorattiv għall-kisba tiegħu. L-effiċjenza għolja ta’ Wolfe fiż-żewġt naħat tal-court rawh jikseb total ta’ 128 punt kif ukoll 46 rebounds fl-erbgħa logħbiet tal-finali fejn kien l-għażla naturali għal dan l-unur.

Ernest Agius, Chief Operations Officer fi ħdan il-Bank of Valletta, akkumpanjat minn Paul Sultana, President tal-Malta Basketball Association ippreżenta t-tazza tal-Kampjonat BOV Basketball tal-Ewwel Diviżjoni liċ-champions il-ġodda.

Il-Bank of Valletta jiċċelebra l-impenn kontinwu tiegħu biex jippromwovi l-benessri fiżiku u mentali permezz tal-isports. Bħala parti minn din l-inizjattiva, il-BOV kien sostenitur fit-tul tal-Malta Basketball Association, li trawwem l-eċċellenza u l-etika fl-isports. Barra minn hekk, unuri tal-BOV Basketball Plejers tax-xahar ikomplu jirrikonoxxu l-eċċellenza fl-isport, filwaqt li jenfasizzaw id-dedikazzjoni u t-talent fi ħdan il-komunità lokali tal-basketball.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport