Tuesday, February 10, 2026

Hibernians jirbħu s-Super Cup għall-ħames darba

Aqra wkoll

Hamrun Spartans …..1

Hibernians …………….2

(wara l-ħin barrani)

Minn Cristian Muscat

Hibernians dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Hamrun Spartans bl-iskor ta’ 2-1, b’goal fil-ħin miżjud tal-ħin barrani biex rebħu s-Super Cup għall-ħames darba fl-istorja tal-club.

Ta’ nota huwa l-fatt li qabel il-partita, it-trofew tas-Super Cup niżlet bid-dro­ne fl-Istadium Nazzjonali.

Kienu Hamrun li ħolqu l-ewwel periklu fil-11-il minuta meta xutt fil-baxx minn tarf il-kaxxa ta’ Joseph Essien Mbong ġie salvat minn mal-art mill-goalkeeper Rumen, Constantin-Laurentiu Branescu.

Huma komplew jiddet­taw il-logħob u fil-21 mi­nuta kienu sfortunati li ma fetħux l-iskor meta Da­mir Ceter għadda tajjeb lejn Shaisen Attard li kellu x-xutt angolat jistampa mal-mimduda, bil-Pawlisti jeħilsuha ħafif.

L-Ispartans komplew jid­dettaw il-logħob u, erba’ minuti wara, ingħataw pe­nalty meta l-captain ta’ Hibernains, Bjorn Kristensen, waqqa’ lil Damir Ceter fil-kaxxa, bi Kristensen jintwera l-karta s-safra.

Mill-11-il metru inkariga ruħu l-captain ta’ Hamrun EMERSON MARCELINA li ma żbaljax hekk kif permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ l-ballun naħa u lil Branescu n-naħa opposta.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Hamrun komplew bl-istess ritmu u fit-48 minuta reġgħu heddew il-lasti avversarji meta s-sostitut Michele Carboni kellu xutt angolat li ntemm ftit għoli.

Huma komplew jippressaw u fl-54 minuta Ceter għadda tajjeb lejn Danilo Bulevardi li kellu x-xutt mill-viċin jistampa mal-mimduda, bil-ballun jintemm għand Carboni li minn pożizzjoni ideali falla l-mira.

Hibernians wieġbu għall- ewwel darba, fid-59 minuta, meta Dexter Xuereb xeħet cross fil-baxx li sab lis-sostitut Natha Miullen, iżda l-goalkeeper Hamrun, Henry Bonello, interċetta taj­jeb.

Huma komplew fuq l-offensiva u fit-72 minuta Miul­len kellu xutt bid-dawra mill-viċin salvat minn mal-art minn Bonello.

Il-Pawlisti komplew jip­pressaw għall-goal tad-draw u fit-80 minuta rebħu penalty meta Ognjen Bjelicic waqqa lil Miullen fil-kaxxa. Mill-11-il metru, l-istess NATHA MIULLEN xeħet fix-xibka b’xutt qawwi.

Fis-86 minuta, Hibernians resqu viċin li jiskorjaw il-goal tar-rebħa meta Dexter Xuereb għadda lejn l-iżmarkat Kevin Halabaku li ra lil Bonello jdawwar f’corner.

Bir-riżultat ma jinbidilx, il-partita marret għall-ħin barrani.

Fil-105 minuta, Damir Ceter għal Hamrun, wara li qabeż difensur ta’ Hibernians, ittanta xortih permezz ta’ xutt b’saħħtu mill-viċin li iżda ntemm ftit barra.

Iżda, fil-109 minuta, kie­nu l-Pawlisti li tilfu ċans tad-deheb li jmorru fil-vantaġġ meta Ali Diakite għadda tajjeb lejn Duane Bonnici li min-naħa tiegħu xeħet cross li sab lil Ruben Hernandez li kellu d-daqaa ta’ ras  mill-viċin tistampa mal-wieqfa.

Fil-114-il minuta, Hamrun qalgħu daqqa ta’ ħarta meta spiċċaw jilagħbu b’10 players wara li tkeċċa Ognjen Bjelicic wara li rċieva t-tieni karta safra għal foul fuq Natha Miullen.

U meta kollox deher li din il-finali se tkun deċiża bl-għoti tal-penalties, fil-122 minuta Hibernians skorjaw il-goal tar-rebħa permezz ta’ xutt ta’ KEVIN HALA­BAKU minn barra l-kaxxa li ġie devjat minn Marcelina li ħasad għal kollox lil Bonello.

Wara l-partita, il-viċi-president tal-Malta FA, Matthew Paris, ippreżenta s-Super Cup lill-captian ta’ Hibernians, Bjorn Kristensen, fost l-ewforija mistħoqqa tal-players, staff tekniku u partitarji numerużi.

HAMRUN S.: Henry Bonello, Rafael Compri, Matthew Guillaumier, Shaisen Attard (Ivan Inzoudine 74), Matias Nicolas Garcia, Joseph Essien Mbong (Michele Carboni 46) (Jonny 88), Vincenzo Polito (Ognjen Bjelicic 74), Damir Ceter, Danilo Bulevardi (Ederson Bruno Domingos 89), Emerson Marcelina, Ryan Camenzuli (Blessing Eieke 102)   – Coach: Giancomo Modica

HIBERNIANS: Laurentiu Branescu, Alfred Silas (Ali Diakite 92), Kurt Shaw, Lucas Caruana (Kevin Halabaku 46), Matthew Debattista (Mailson Lima Duarte Lopes 57), Bjorn Kristensen, Dexter Xuereb, Denys Norenkov (Duane Bonnici 75), Pedro Henrique Nunes Silva (Ruben Hernandez 105), Sunday Akinbule (Natha Miullen 46), Charleston Silva Dos Santos     – Coach: Branko Nisevic

referee: Alex Johnson

ASS. refereeS: Mitchell Scerri, Kurt Saliba

RABA’ UFF: Emanuel Grech

SKORERS:  E. Marcelina 25 pen (HS) N. Miullen 81 pen, K. Halabaku 122 (HS)

AMMONITI:  B. Kristensen, A. Si­las, K. Shaw (H), V. Polito, O. Bjelicic (HS)

TKEĊĊA:  O. Bjelicic 114 (H)

PLAYER TAL-LOGĦBA:  Emerson Marcelina (Hamrun Spartans)

ATTENDENZA: 3,102

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport