Saturday, November 23, 2024

Hibernians jirritornaw fil-quċċata tal-klassifika

Aqra wkoll

Hibernians …….1

Balzan …………..0

Goal lejn it-tmiem minn Ferdinando Apap ta reb­ħa importanti lil Hibernians fuq Balzan bl-iskor ta’ 1-0 biex telgħu fl-ewwel post tal-klassifika għalkemm lagħbu partita aktar minn Floriana.

Wara bidu kwiet, fit-13-il minuta, Uros Ljubomirac ittanta xortih b’xutt li ġie salvat mill-goalkeeper Ibrahima Kone. Żewġ minuti wara Hibernians irrispondew b’azzjoni personali ta’ Jake Grech li iżda kkonkluda għoli.

Fit-23 minuta, Jurgen Degabriele kellu xutt minn barra l-kaxxa salvat parzjalment mill-goalkeeper, Vukasin Vra­nes u Balzan rrispondew b’tentattiv ieħor ta’ Milan Djuric minn barra l-kaxxa li ġie salvat minn Kone biex fit-33 minuta, minn cross mil-lemin, Pual Fenech kellu daqqa ta’ ras li ġiet salvata mill-goalkeeper Pawlist.

Minuta minn tmiem l-ewwel taqsima, Hibs marru viċin li jiftħu l-iskor meta Grech rċieva ballun bir-ras ta’ Degabriele iżda x-xutt angolat tiegħu mix-xellug żbalja l-mira bi ftit.

Fil-61 minuta, Grech għad­da ballun lejn Degabriele li minn pożizzjoni angolata xxuttja ftit barra. Disa’ minuti wara Hibernians appellaw għal penalty meta l-ballun deher imiss ma’ id Sean Cipriott iżda r-referee Stefan Pace ħalla l-logħob għaddej.

Fis-76 minuta, Aleksa Andrejic resaq viċin li jitfa’ lil Balzan fil-vantaġġ b’xutt qaw­wi minn barra l-kaxxa li iżda ġie mdawwar f’corner minn Kone.

Meta deher li l-logħba kienet se tispiċċa fi draw, fis-86 minuta, Hibernians skorjaw dak li kellu jkun il-goal tar-rebħa meta  mill-cross ta’ Thaylor mil-lemin, FERDINANDO APAP għeleb lil Vranes b’xutt mill-ewwel.

Mad-90 minuta, Balzan marru viċin b’xutt ta’ Ljubo­mirac li falla bi ftit waqt li żewġ minuti fil-ħin miżjud, f’kontrattakk veloċi, Domoraud għadda l-ballun lejn Grech li kellu xutt imblukkat minn Vranes bil-ballun jasal għand l-attakkant Franċiż li bir-ras tefa’ ftit għoli.

HIBERNIANS: 24-Ibrahim Kone, 3-Ferdinando Apap, 4-Leandro Almeida, 8-Jake Grech, 10-Jurgen Degabriele, 12-Dunstan Vella, 19-Joseph Zerafa (22-Gabriel Izquier Artiles 46), 20-Andrei Agius, 30-Alvaro Muniz Cegarra (18-Thaylor Aldama 61), 42-Ali Diakite (6-Raphael dos Anjos 68), 70-Hugo  da Costa Oliveira (88-Wilfried Domoraud 88)  – Coach: Stefano Sanderra

BALZAN: 83-Vukasin Vranes, 7-Milan Djuric (6-Marcus Grima 67), 8-Paul Fenech (86-Bojan Kaljevic 90), 10-Nikola Gulan, 16-Michael Johnson (21-Neil Frendo 87), 18-Uros Ljubomi­rac, 19-Milan Zlatkovic, 22-Gary Camilleri, 23-Milos Mijic, 77-Aleksa Andrejic (20-Suleiman Jalu 87), 88-Sean Cipriott.   – Coach: Paul Zammit

REFEREE: Stefan Pace

ASS. REFEREES: Duncan Sultana, Duncan Spencer

RABA’ UFF: Slobodan Petrovic

SKORER: F. Apap 86 (H)

AMMONITI: A. Muniz, L. Almeida, J. Grech (H); M. Johnson, S. Cipriott (B)

Sport