Thursday, July 30, 2026
Home Elezzjoni 2022 “Ħassejt ġibda lejn il-Partit Laburista” – L-eks-Sindku Nazzjonalista tal-Għasri

“Ħassejt ġibda lejn il-Partit Laburista” – L-eks-Sindku Nazzjonalista tal-Għasri

0
913

Ftit tal-jiem ilum, l-eks-Sindku Nazzjonalista tal-Għasri Daniel Attard, irriżenja minn mal-Partit Nazzjonalista. Illejla, huwa tkellem waqt attivitá politika tal-Partit Laburista fis-Sannat Għawdex.

Fid-diskors tiegħu huwa qal li ħass “ġibda mal-ewwel lejn il-Partit Laburista.” Huwa qal li l-politika tiegħu hija mħaddna fil-valuri Laburisti.