Hibernians …….1
Sirens …………….1
Il-leaders Hibernians waqqgħu żewġ punti mill-aktar importanti meta spiċċaw fi draw ta’ 1-1 kontra Sirens.
Għalhekk Hibs issa jinsabu sitt punti fuq Floriana u tmienja fuq Hamrun Spartans iżda dawn tal-aħħar iridu jirkupraw partita, dik kontra Birkirkara.
Iż-żewġ timijiet kellhom numru ta’ bidliet mill-aħħar ħarġiet tagħhom.
Il-goalkeeper, Matthew Calleja Cremona, beda minflok Ibrahim Kone li jinsab impenjat fit-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani mal-Guinea waqt li Erjon Beu beda mal-ewwel ħdax flimkien ma’ Matthew Ellul u Ayrton Attard hekk kif daħlu minflok Ferdinando Apap, Bjorn Kristensen u Thaylor Aldama.
Min-naħa l-oħra, Sirens kellhom lura lil Diego Albanese, Bogdan Gavrila, Alfred Effiong u Carlo Zammit Lonardelli li ħadu post Antonio Blanco, Rei Tachikawa, Vitor Vieira u Degran Jackson.
Kienu Hibernians li marru fil-vantaġġ wara kwarta logħob meta minn cross ta’ Izquier, Zammit Lonardelli xellef il-ballun u JURGEN DEGABRIELE tefa’ ġewwa fil-baxx mill-viċin.
Żewġ minuti wara, Hibs reġgħu resqu viċin meta minn cross ta’ Beu, ix-xutt b’saħħtu ta’ Izquier ġie salvat b’diffikultá minn Debono.
Fl-24 minuta, Sirens irrispondew b’xutt mill-viċin ta’ Reid li ġie mblukkat minn Calleja Cremona wara cross mix-xellug ta’ Walker.
Fit-33 minuta Ayrton Attard ittanta xortih b’xutt mill-bogħod li għadda ftit għoli biex minuta wara l-goalkeeper Debono ħareġ tajjeb biex jimblokka fuq Wilfried Domoraud li kien dieħel waħdu fil-kaxxa.
Żewġ minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, Degabriele għadda l-ballun lejn Grech iżda għal darb’oħra, il-goalkeeper ta’ Sirens ħareġ tajjeb f’tarf il-kaxxa u salva l-periklu.
Mal-ftuħ tat-tieni taqsima, Hibernians ħarġu tajjeb u fit-52 minuta reġgħu resqu viċin b’xutt angolat ta’ Izquier iżda ġie salvat minn Debono.
Sirens ippruvaw joħorġu mill-qoxra tagħhom peró sabuha diffiċli biex jinfdu id-difiża Pawlista sakemm fit-72 minuta, KEMAR REID bidel il-ballun mas-sostitut Degran Jackson meta għaddiehulu fuq il-lemin u mill-cross ta’ dan tal-aħħar, huwa tefa’ fix-xibka mill-viċin biex kiseb id-draw għat-team minn San Pawl il-Baħar.
HIBERNIANS: 1-Matthew Calleja Cremona, 4-Leandro Almeida, 5-Matthew Ellul (13-Zachary Karl Grech 75), 7-Ayrton Attard (6-Raphael dos Anjos 75), 8-Jake Grech, 10-Jurgen Degabriele, 12-Dunstan Vella, 17-Erjon Beu, 20-Andrei Agius, 22-Gabriel Artiles Izquier, 88-Wilfried Domoraud (19-Joseph Zerafa 84). – Coach: Stefano Sanderra
SIRENS: 1-Jonathan Debono, 7-Conor Borg, 9-Kemar Reid, 10-Bogdan Gavrila (31-Degran Jacksoin 68), 11-Alfred Effiong (23-Francis William Avoce 68), 14-Diego Albanese, 15-Adrian Borg, 17-Jacob Walker, 21-Carlo Zammit Lonardelli, 22-Alexander Cini, 30-Carlos Riascos. – Coach: Winston Muscat
REFEREE: Glenn Tonna
ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Mark Ciantar
RABA’ UFF: Fyodor Zammit
SKORERS: J. Degabriele 15 (H); K. Reid 72 (S)
AMMONITI: G. Izquier, M. Ellul, E. Beu (H)