Monday, April 29, 2024

IL-MARDA TAL-IDEJN, IS-SAQAJN U l-ĦALQ

Aqra wkoll

Il-marda tal-idejn, is-saqajn u l-ħalq (‘Hand, Foot & Mouth Disease’) hija infezzjoni minn virus tat-tip Coxsackie li l-aktar li jolqot huma lit-trabi u lit-tfal żgħar. Ġeneralment is-sintomi jkunu diversi ponot fuq il-wiċċ, l-idejn jew is-saqajn jew anke xi ulċeri fil-ħalq.

Sintomi oħra jistgħu jinkludu wkoll uġiegħ fil-ġriżmejn, sogħla, deni jew ghejja. Din il-kundizzjoni hija ta’ natura ħafifa u trid tgħaddi waħedha. Pero wiehed jista’ jingħata trattament supportiv, bħall-medicina kontra l-uġigħ jew id-deni sabiex itaffi xi ftit mis-sintomi u l-iskumdità li jkollu. Huwa importanti wkoll li wieħed jixrob spiss. Minkejja li l-aktar komuni huma fost it-trabi u t-tfal, din il-marda tista’ taqbad lill-adulti ukoll.

Dan il-virus idum ġeneralment madwar 10 ijiem u wieħed jkun jrid joqgħod jistrieħ id-dar ħalli ma jxerridx il-virus ta’ din il-marda lil nies oħrajn permezz tal-għatis, sogħla jew kuntatt bl-idejn. Din il-marda ġeneralment ma tħallix konsegwenzi serji però tista’ tkun ta’ skumdità għall-marid.

Kull sena jkun hawn infezzjonijiet ta’ din il-marda u din is-sena mhix eċċezzjoni. Għaldaqstant, it-tfal għandhom jerġgħu jirritornaw l-iskola meta jkunu nixfu kompletament il-ponot, wara madwar għaxart ijiem.

Jekk tixtieq issegwi l-blogg ta’ Dr Georgiana Farrugia Bonnici, tista’ tagħmel dan billi tagħmel like fuq din il-paġna ta’ Facebook: ×Be Holistically Healthy, MD×

Sport