Wednesday, April 24, 2024

Anders Behring Breivik f’tentattiv biex jieħu l-parole

Aqra wkoll

Ilbieraħ beda s-smigħ għat-talba ta’ parole fil-konfront Anders Behring Breivik, ir-raġel li kien wettaq massakru ġewwa n-Norveġja fl-2011. Breivik, li ilu għaxar snin arrestat, qiegħed jargumenta li huwa m’għadux ta’ theddida għas-soċjetà. B’kollox Breivik kien ingħata sentenza ta’ 21 sena ħabs, li hija l-massima f’dan il-pajjiż. 

Breivik, deskritt bħala terrorista u ta’ twemmin lemini estrem, kien qatel 77 persuna u qatt ma wera rimors għal dak li għamel. Il-qraba tal-vittmi qed jibżgħu li dan is-smigħ se jkun ta’ pjattaforma għall-fehmiet estremi tiegħu. Min-naħa tagħhom, esperti qed jgħidu li l-possibbiltà li jinħeles mill-ħabs hija waħda remota. 

Randi Rosenqvist, li hija l-psikjatra li ilha tosserva lil Breivik sa mill-2012 qalet minn dak iż-żmien ’il hawn huwa ftit li xejn innotat tibdiliet fil-mod ta’ kif jiffunzjona Breivik. Il-psikjatra tenniet li fil-prinċipju u l-prattika, xi ħadd li jkun qiegħed ifittex parole għandu juri xi ftit ta’ rimors u juri li l-azzjonijiet li wettaq qatt m’għandu jerġa’ jirrepetihom. Randi se tkun qiegħda tagħti l-evidenza u anke tissottometti r-rapport tagħha waqt is-smigħ. Dan għandu jkun kruċjali fid-destin ta’ Breivik. 

Sport