Friday, April 19, 2024

Rapport jgħid li t-tniġġis tal-plastik huwa inkwetanti daqs it-tibdil fil-klima

Aqra wkoll

Rapport li ġie ppubblikat mill-Aġenzija Investigattiva tal-Ambjent (EIA) qalet li t-tniġġis tal-plastik huwa emerġenza globali u jeħtieġ li dwaru jkun hemm trattat robust min-naħa tan-Nazzjonijiet Uniti. Ir-rapport imsemmi jgħid li hemm ħemel ta’ evidenza li turi l-ħsara kbira li l-plastik jikkawża fl-ambjent tant li skonthom it-theddida tiegħu hija kbira daqs dik tat-tibdil fil-klima. 

L-EIA qalet li s-sitwazzjoni preżenti hija waħda tat-tħassib tant li partiċelli mikroskopiċi tal-plastik jinsabu anke fl-arja li nieħdu. Traċċi tal-plastik jinsabu wkoll fis-silġ tal-Artiku, fil-ħamrija u saħansitra anke fl-ikel li nikkonsmaw. 

Fid-dawl ta’ dan kollu, ir-rapport iħeġġeġ lin-Nazz­jonijiet Uniti biex tagħmel trattat b’miri intiżi li jnaqqsu l-produzzjoni u l-iskart ta’ dan il-materjal. L-esperti li ħadmu fuq dan ir-rapport qalu li jekk is-sitwazzjoni tibqa’ kif inhi fil-preżent, sal-2040 fil-baħar se jkun hemm iktar piż kollettiv ta’ plastik milli ta’ ħut. 

Min-naħa tagħha n-Nazzjonijiet Uniti s’issa identifikat tliet theddidiet ambjentali li huma:  it-tibdil fil-klima, il-bijodiversità u t-tniġġis. In-NU qalet li dawn jeħtieġ li jiġu indirizzati kollha flimkien.  

Sport