Saturday, April 27, 2024

Ħidma biex jinbnew mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħażin

Pjan mifrux fuq seba’ snin mill-Infrastructure Malta u l-Kunsilli Lokali

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Infrastructure Malta qiegħda taħdem mal-Kunsilli Lokali kollha biex gradwalment tibni mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħażin, inkluża Triq San Bastjan f’Ħal Qormi li ġiet indikata f’mistoqsija parlamentari lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, Aaron Farrugia. F’informazzjoni li ta l-Ministru Farrugia ħareġ li fit-tliet snin kemm ilha mwaqqfa Infrastructure Malta, din bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 830 triq. Din il-ħidma għal titjib fir-toroq ta’ pajjiżna hija parti minn pjan mifrux fuq seba’ snin li diġà qiegħed iħalli l-frott. 

Filwaqt li qal li l-istess l-Kunsilli Lokali għandhom ir-riżorsi meħtieġa biexikomplu jagħmlu t-tiswijiet temporanji u manutenzjoni li kull triq minn żmien għal żmien tkun teħtieġ, il-Ministru Farrugia sostna li t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiemnett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. 

Huwa qal li dan l-impenn qiegħed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qiegħed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, bil-għan tintlaħaq din il-mira mill-aktar fis.

Medja ta’ erba’ toroq residenzjali fil-ġimgħa

Bħala parti minn dan il-pjan, Infrastructure Malta qiegħda twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurtà u s-sostenibbiltà tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. “Dan l-investiment diġà qiegħed iħalli l-frott mixtieq, b’għexieren ta’ toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna,” kompla l-Ministru Farrugia.

“Pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż”

Il-Ministru Aaron Farrugia

Fl-2021, it-tielet sena tal-programm nazzjonali għat-titjib ta’ toroq residenzjali, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid ta’ madwar 220 triq residenzjali oħra. Dan ifisser li għolliet il-medja tat-toroq residenzjali għal erba’ toroq fil-ġimgħa – triq aktar kull ġimgħa mis-sena 2020. Kompliet ukoll il-ħidma tagħha fit-toroq rurali fejn tejbet mal-100 triq oħra qalb il-kampanja.

“Filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħra, l-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq. Fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna,” tenn il-Ministru Aaron Farrugia.

Sport