Saturday, May 4, 2024

Bdil bejn Mane u Lewandowski?

Aqra wkoll

Żewġ players li qed jisirqu x-xena huma Sadio Mane u Robert Lewandowski li t-tnejn qed isostnu li jridu jħallu lill-clubs tagħhom hekk kif fadlilhom sena oħra biex jintemmilhom il-kuntratt.

Filwaqt li Bayern Munich qed juru x-xewqa li jiffirmaw lill-attakkant ta’ Liverpool, dawn tal-aħħar iridu jsibu s-sostitut tiegħu.

Iżda Bayern qed jitolbu €40 miljun għat-trasferiment ta’ Lewandowski. Liverpool ukoll iridu €40 miljun għal Mane.

Għaldaqstant jista’ jsir tpartit bejn iż-żewġ players.

Sport