Tuesday, May 14, 2024

Tony Zarb inġieb lura Malta u se jingħata l-aħħar tislima s-Sibt li ġej

Aqra wkoll

L-eks Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union Tony Zarb inġieb lura mill-Belġju fejn kien qiegħed jingħata trattament mediku fil-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa.

Talk.mt jinsab infurmat ukoll li s-Sur Zarb se jkun qiegħed jingħata l-aħħar tislima s-Sibt li ġej fil-Furjana fejn mistenni wkoll jingħata l-aħħar tislima minn quddiem il-binja tal-GWU li hu kien iqis bħala t-tieni dar tiegħu.

Zarb jibqa’ mfakkar għall-ħidma kontinwa tiegħu biex itejjeb il-kundizzjonijiet tal-ħaddiem, li matul ħajtu kollha kellu post speċjali f’qalbu.

Zarb miet l-Ħadd li għadda fl-età ta’ 68 sena. Huwa kellu aktar minn 42 sena ta’ esperjenza fil-qasam trejdunjonistiku.

Fl-aħħar ħin iben Tony Zarb ħabbar id-dettalji kollha relatati mal-aħħar tislima lil missieru.

Sport