Wednesday, December 18, 2024

Ħidma biex jitneħħa l-periklu fi triq Ħal Farruġ

Aqra wkoll

Wara diversi appelli dwar binja fi stat perikoluż f’Ħal Farruġ, Perit mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi ħejja rapport biex il-pulizija tieħu azzjoni fil-konfront tas-sid tal-binja. 

F’dan l-isfond, il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi kiteb fuq il-midja soċjali li ġew infurmati li se jsiru xogħlijiet biex il-periklu jitneħħa.

Jidher li ftit wara li l-Ministru kiteb dan pubblikament, infurmawh li ttieħdet azzjoni u marru jnaqqsu l-periklu: “Morna naqqasna l-periklu issa jkompli sidha”.

Fl-aħħar jiem xi persuni li għaddew minn triq Ħal Farruġ esprimew it-tħassib tagħhom għal binja li tinsab fi Triq Ħal Farruġ, Ħal Luqa, wara li waqa’ saqaf ta’ dar abbandunata fuq vann. B’xorti t-tajba fil-vann ma kienx hemm passiġġiera u b’hekk ġiet evitata traġedja. 

Ekonomija

Sport