Saturday, December 21, 2024

Ħidma biex jonqos it-traffiku fir-roundabout tal-junction Ħal Qormi – Ħal Luqa

… ix-xogħlijiet mistennija jitlestew qabel il-bidu tas-sena skolastika li jmiss

Aqra wkoll

Infrastructure Malta se tiskatta x-xogħlijiet biex torganizza aħjar l-infrastruttura tar-roundabout tal-junction Ħal Qormi – Ħal Luqa u l-madwar. Apparti network ta’ trasportazzjoni aktar effiċjenti għas-sewwieqa, il-proġett mistenni jwassal biex l-inħawi jkunu aktar siguri għal min juża l-inħawi.

Waqt li bħalissa għaddejjin ix-xogħlijiet biex tissaħħaħ id-distribuzzjoni tal-enerġija u l-ilma fl-inħawi, fil-jiem li ġejjin ser jiskatta x-xogħol fuq it-titjib tal-junction.

L-arranġamenti jinkludu: 

 – Tibdil f’waħda mill-ħruġ lejn ir-roundabout biex minflok minn Triq l-Imdina, il-vetturi jiġu devjati u joħorġu minn Triq Manwel Dimech. Dan l-arranġament għadnu l-għan li jnaqqas l-inċidenti tat-traffiku f’parti fejn sal-lum hemm żewġ toroq viċin ħafna ta’ xulxin fid-direzzjoni lejn ir-roundabout. 

 – Il-ħruġ mir-roundabout fid-direzzjoni lejn Ħal Luqa ser tiżdied b’korsija waħda sa Triq it-Tin. B’organizzazzjoni aħjar ta’ din il-parti tal-junction, l-aġenzija qed tara li ma jitnaqqas l-ebda parkeġġ waqt li l-andament tat-traffiku fil-ħruġ mir-roundabout fid-direzzjoni lejn Ħal Luqa mistenni jitjieb b’mod konsiderevoli. 

 – Emendi fil-lokazzjoni ta’ qsim pedonali bil-għan li tissaħħaħ il-konnettività għal dawk li jiffrekwentaw iż-żona bil-pass. 

– Bini ta’ bankini ġodda bil-għan li tissaħħaħ l-aċċessibilità għall-pubbliku.

Infrastructure Malta saħqet li hija impenjata li tlesti l-ħidma fuq din il-junction qabel il-bidu tas-sena skolastika li jmiss. Bil-għan li jitnaqqas kemm jista’ jkun l-inkonvenjent fuq is-sewwieqa, ħafna mix-xogħlijiet ser isiru matul il-lejl.

Ekonomija

Sport