Thursday, December 26, 2024

ĦIDMA DIPLOMATIKA SIEKTA LI TAT IL-FROTT

Aqra wkoll

Bħal lum 19-il sena ilu, bdiet l-invażjoni tal-gwerra fl-Iraq, l-Istati Uniti permezz tal-President George W. Bush kienet ordnat attakki mil-ajru fuq l-Iraq. Attakki li kienu il-bidu tal-invażjoni tal-Iraq. Dan sar biex jitneħħa Saddam Hussein mit-tmexxija. Dakinhar ir-raġuni li ngħatat kienet li dan kien qed isir minħabba li fl-Iraq kien qed ikun hemm il-manifattura ta’ armi tal-qerda tal-massa. Wara, kif jaf kulħadd, kien ġie stabbilit li dan ma kienx il-każ.

Illum 19-il sena wara, id-dinja tinsab tiffaċċja gwerra oħra flimkien ma’ diversi kunflitti. Għandna il-gwerra fl-Ukrajna li hi fuq fomm kulħadd u gwerer oħra li ihom għaddejjin is-snin bħal kunflitt fis-Sirja, fil-Jemen u kunflitti oħra fl-Afrika. Ftit passi bogħod minnha, fi-Libja, is-sitwazzjoni ukoll hi waħda ta’ tensjoni bil-biża’ tkun dik li jerġgħu jinqalgħu il-kunflitti.  

Hu ta’ sodisfazzjon li Malta, fl-aħħar jiem fis-skiet u mingħajr daqq ta’ trombi kienet involuta biex il-kunfitt fil-Libja ma jeskalax. Malta fl-aħħar jiem serviet ta’ pont biex il-kunflitt f’dan il-pajjiż ma jerġax jibda. Ħidma li seħħet fil-kwiet u b’mod kontinwu mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo.  

Nafu li kienu jiem ta’ taħditiet twal u bla waqfien. Interventi  man-Nazzjonijiet Magħquda, mal-Istati Uniti, mal-Italja, ma’ Franza, mar-Renju Unit, mal-Ġermanja. Permezz ta’ dawn l-interventi ma eskalawx attakki militari fil-kapitali Libjana.

Din kienet ħidma li inbdiet waqt laqgħa li l-Ministru tal-Affarijiet Barrranin Evarist Bartolo kellu fi Brussel il-ġimgħa l-oħra dwar il-gwerra fl-Ukrajna b’kuntatti mal-Ministru Taljan Luigi di Maio u mal-Ministru tar-Renju Unit Liz Truss. Imbaghad kienet kordinata ma’ Franza, l-Istati Uniti u l-Ġermanja. Il-ħidma tat il-frott mixtieq.

Kien pożittiv immens li pajjiżna kien involut f’din il-ħidma finalment attakk li kellu jsir fuq Tripli ma seħħx. Din hi ħidma diplomatika li ħalliet il-frott. Evitat kunflitt. Evitat li fil-Libja nerġgħu naraw kunfitti imdemmija. 

Nemmnu li dan hu l-irwol li għandu jkollu pajjiżna. Li jaħdem għal paċi. Biex fejn hemm kunflitti b’mexxejja jew fazzjonijeit ma jaqblux, dawn finalment jersqu lejn xulxin.

Is-sitwazzjoni fil-Libja reġgħet eskalat fl-aħħar jeim għax reġgħet inħolqot sitwazzjoni ta’ żewġ gvernijiet. Għandek gvern  immexxi minn Abdul Dbeibah, il-Prim Ministru ‘interim’ tal-Libja u gvern ieħor ftit jiem ilu mmexxi minn Fathi Bashaga. Dawn donnhom ma jridux jaħdmu flimkien.

Ftit tal-jiem ilu, Malta, eżattament lil Ministru Bartolo waslilha tagħrif li Bashaga kien dieħel b’konvoj ta’ 300 vettura fi Tripli biex jieħu bini governattiv okkupati mill-gvern ta’ Dbeibah.  Il-ħidma tal-Ministru Bartolo tat il-frott għax b’kuntatti diplomatiċi fosthom mat-Turkija, l-inkwiet ġie evitat. 

Din hi ħidma diplomatika li pajjiżna għandu jkun kburi biha. 

Ekonomija

Sport