Grupp ta’ ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili Maltin li ntbgħatu fil-Protugall, bħalissa qegħdin jassistu lil Força Especial de Proteção Civil f’nirien kbar li qegħdin jaħkmu żoni kbar minn Arouca.
Fl-operazzjoni tat-tifi tan-nar hemm jieħdu sehem madwar 600 ħaddiem tat-tifi tan-nar fosthom il-Maltin li kollha qegħdin jaħdmu flimkien biex jikkontrollaw in-nirien u anke jipproteġu komunitajiet u villaġġi li jinsabu fil-qrib.
Il-kontinġent Malti li hemm fil-Protugal qegħdin hemm bħala parti mis-Civil Protection Mechanism tal-Unjoni Ewropea liema operazzjoni hija mmexxija mill-Kummissarju Ewropew tal-Unjoni Ewropea fid-direttorat tal-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili u Operazzjonijiet ta’ Għajnuna Umanitarja.
