Friday, December 13, 2024

Hillclimb: Mark Micallef l-aktar sewwieq veloċi tal-ġurnata

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Il-Ħadd li għadda, 5 ta’ Ġunju, l-Island Car Club organizza r-raba’ Round tal-England Insurance, The Point, Transport Malta, MeDirect Bank Malta National Hillclimb Championship, fl-Imtaħleb.

Mark Micallef fuq Norma kien l-aktar sewwieq veloċi tal-ġurnata, segwit minn Matthew Zammit u Terence Vella, it-tnejn fuq Radicals. Isaac Burlo kien l-iktar sewwieq veloċi taħt il-25 sena, Stefanie Calleja kienet l-iktar sewwieqa veloċi femminili, Clifford Debono kien l-iktar veloċi b’karozza klassika, filwaqt li Silvio Sciberras kien l-aktar sewwieq veloċi ta’ ‘l fuq minn 60 sena.

Matthew Zammit

Didier Bugeja u Edward Calleja kienu l-aktar veloċi fuq karozzi front-wheel-drive u karozzi rear-wheel-drive, rispettivament. Chris Aquilina kien l-aktar veloċi f’karozza four-wheel-drive, u Konrad Abela saq l-aktar karozza tat-triq veloċi.

Terence Vella

It-tellieqa kienet ikkontrollata minn Jeremy Cassar, Josef Abela, Joe Formosa, Susanne Fenech, Gilbert Abela, Ruben Hili, Charlie Dingli u numru ta’ Marixxalli.

Ekonomija

Sport