Friday, April 19, 2024

Hit-and-run fiż-Żejtun: Il-vittma sofra diversi ġrieħi fosthom ksur fis-sinsla tad-dahar

Aqra wkoll

Iktar kmieni llum il-Qorti semgħet kif Dean Donovan Frendo qed jaffaċċja numru ta’ akkużi, fosthom li saq vettura mingħajr liċenzja u polza tal-assiguarazzjoni, sewqan eċċessiv u li tajjar raġel u baqa’ sejjer.

Frendo huwa raġel ta’ 23 sena li qed jiġi akkużat bil-qtil involontarju ta’ Antoine Degabriele — ir-raġel ta’ 51 sena li nstab mejjet f’għalqa fi Triq il-President Anton Buttigieg iż-Żejtun. Il-każ seħħ fil-5 ta’ Awwissu li għadda.

Skont studju forensiku li sar minn Dr Mario Scerri fuq il-post tad-delitt jidher li x’aktarx Degabriele kien ilu 12-il siegħa mejjet. Minn awtopsja oħra li saret minn Dr Safraz Ali u Dr David Pisani irriżulta li l-vittma miet kawża ta’ impatt kbir fejn sofra numru ta’ ġrieħi, inkluż ħsara fil-pulmun u ksur fis-sinsla tad-dahar.

Is-seduta kienet ippreseduta mill-Maġistrat Ian Farrugia.

Il-kumpilazzjoni tal-evidenza mistennija tkomplija x-xahar id-dieħel.

Sport