Thursday, January 16, 2025

HiTT Academy WH Middle East u Alpha Gewo fl-ewwel post

Aqra wkoll

Żewġ timijiet jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika tal-Ewwel Diviżjoni tat-table tennis hekk kif intlagħab l-ewwel programm tas-sena 2025 fil-Padiljun tal-Universita’ f’Tal-Qroqq.

Fil-fatt HITT Academy WH Middle East u Alpha Gewo kisbu rebħiet prezzjużi kontra HITT Academy Midea Airconditioning (4-1) u Top Spin TTA Roxon (6-0) sabiex jinsabu fl-ewwel post bi 22 punt.

MITTC Butterfly saħħew it-tielet post wara rebħa ta’ 5-1 kontra Alpha Alberta Group filwaqt li MITTC Dignics kisbu rebħa kbira ta’ 6-0 kontra Alpha Calleja Ltd.

Finalment HiTT Academy Liebherr għelbu lil Mosta Gunners 4-2.

Fit-tieni diviżjoni, Valletta HiTT Academy baqgħu bir-rekord perfett tagħhom matul dan l-istaġun meta kisbu d-disa’ rebħa konsekuttiva wara li għelbu lil HiTT Academy Hometrends 6-0.

Sadanittant, dawn kienu r-riżultati kollha:

It-Tieni Diviżjoni

PBC Table Tennis Bluefire TopSpin TTA “Supercores” 6-0

HiTT Academy Legends HiTT Academy Tibhar 2-4

HiTT Academy Mosta Dome B&B PBC Table Tennis Bluegrip 4-2

HiTT Academy Home Trends Valletta HiTT Academy 0-6

TopSpin TTA “Fraser” Alpha Coogis 3-4

MITTC Butterfly SUPERCHAK TopSpin TTA “Hexer” 2-4

It-Tielet Diviżjoni

Kindred 3-4 Sharp Shot Jekyl & Hyde

HiTT Academy Tibhar Evolution 0-6 Alpha Dynatec

HiTT Academy Sports Experience 2-4 TopSpin TTA “Skelton”

Sharp Shot Petrolea 6-0 TopSpin TTA “Novacell”

HiTT Academy Faraxa 4-2 Alpha Flexxon

Alpha Codexx 3-4 Sharp Shot Xiom

Ir-Raba’ Diviżjoni – Sezzjoni A

Alpha Youths 4-3 HiTT Academy Tibhar Evolution MXP

TopSpin TTA “Kanter” 2-4 HiTT Academy Tibhar MK

MITTC Butterfly Mizuno 1-5 Ball Benderz Double Bounce

TopSpin TTA “Rasanter” 0-6 Sharp Shot Omega

Sharp Shot Control Bye

Ir-Raba’ Diviżjoni – Grupp B

HiTT Academy Pembroke 4-2 HiTT Academy ITX

TopSpin TTA “Munro” 2-4 MITTC Tenergy

Sharp Shot Novus 0-6 Alpha Firebolt

Sharp Shot Flick 0-6 TopSpin TTA “Beta”

Spin Ryderz Double Bounce Bye

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport