Sunday, October 25, 2026
Home Sport Johan Attard jitlef il-finali wara kompetizzjoni eċċezzjonali

Johan Attard jitlef il-finali wara kompetizzjoni eċċezzjonali

0
57

Johan Attard temm kompetizzjoni mill-aqwa fil-Men’s World Grand Prix tal-WPA Blackball World Championships f’Londra, meta wasal sal-finali qabel tilef 5-3 kontra Garry Mehmet.

Minkejja t-telfa, Attard kellu wirja tajba ħafna kontra l-avversarju Ingliż li min-naħa tiegħu kellu mumenti ta’ xorti kbira li għenuh biex jilrbaħ il-logħba. . Aktar tard. Attard kompla javvanza fil-Men’s Singles, fejn għeleb lil Shaun Kurt Martheze 6-3 u wara rebaħ konfront kollu Malti kontra Clint Azzopardi 6-5.

Fil-Men’s Singles, Miguel Amato għeleb lil Aaron Downey 6-4 u lil Regan Elie 6-2. Azzopardi kien għeleb lil Gabriel Vella 6-2. Min-naħa l-oħra, Clayton Castaldi tilef 6-2 kontra Evan Parry-Williams, Neil Caruana 6-2 kontra Christophe Lambert, Keith Caruana 6-1 kontra Steve Thompson u Gary Carr 6-2 kontra Shayden Brown.

Fil-Masters Singles, Philip Farrugia tilef logħba missielta 6-5 kontra Rishi Roopnarian, filwaqt li fil-Grandmasters Singles Mario Spiteri tilef 5-2 kontra Shane Robinson.

Fil-kompetizzjoni individwali ta’ taħt it-18-il sena, Denzel Falzon għeleb lil Falimanantsoa Mathieu Yohan 5-2 biex għadda mill-aħħar 16, filwaqt li Jake Castaldi għeleb lil Devandre-Shane Phillips 5-2 qabel tilef 5-0 kontra Calvin Creach. Dielyn Edwards tilef 5-2 kontra Creach.

Fl-individwali ta’ taħt it-23 sena, Chaylon Castaldi għeleb lil Jordan Govindasamy 5-2, filwaqt li Matthias Debono għeleb lil Jordan Wenn 5-4.

Kien hemm ukoll diversi riżultati fil-Men’s Doubles. Clint Azzopardi u Miguel Amato għelbu lill-Awstraljani S. Brown u A. Brooks 4-0, filwaqt li Keith Caruana u Gabriel Vella għelbu lil P. Ramchandani u S. Jain tal-Indja 4-1.

Miguel Mizzi u Clevion Micallef rebħu d-derby Malti kontra Mario Spiteri u Philip Farrugia 4-1, filwaqt li Johan Attard u Clayton Castaldi għelbu lill-koppja Marokkina Ech-Chorfy Abderrahmane u Bouchaib Farhat 4-3. Gary Carr u Mevrick Zammit tilfu 4-2 kontra l-Ingliżi G. Hibbott u C. I’Anson.

Anke fit-team events kien hemm tliet rebħiet importanti għal Malta: L-Irġiel A għelbu lill-Indja 19-6, it-tim ta’ taħt it-23 sena għelbu lill-Ingilterra 10-5, filwaqt li t-tim ta’ taħt it-18-il sena għelbu lill-Awstralja 11-4.

Sadanittant, dan hu l-programm tal-lum 25 t’Ottubru:

Il-Ħadd 25 ta’ Ottubru 2026

11:00 – Ħin ta’ Malta
Malta Irġiel A – Wales Irġiel A
Malta U23 – Awstralja U23

13:30 – Ħin ta’ Malta
Madagascar Irġiel A – Malta Irġiel A
Malta U18 – Indja U18
Malta Irġiel B – British Army Irġiel B

16:00 – Ħin ta’ Malta
Irlanda U15 – Malta U18
Franza U23 – Malta U23

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here