Tuesday, May 6, 2025

Hockey: Floriana Young Stars itemmu l-impenji tal-kampjonat b’rebħa

Aqra wkoll

Floriana Young Stars temmew l-impenji tagħhom fil-kampjonat b’rebħa tajba ta’ 5-2 konta White Hart. B’hekk il-Greeens temmew fit-tielet post tal-klassifika b’seba’ punti. Fl-istess waqt huma ċedew ix-xettru ta’ champions lil Qormi Daikin li kisbu t-titlu matul dan l-istaġun.

Justin Farrugia kien awtur ta’ doppjetta bi Clive Williams, Mark Camilleri u Karl Chircop li żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.

Tamas Kok skorja doppjetta għal White Hart.

Umpires kienu Keith Calleja u Alessandro Amore.

B’hekk fil-klassifika finali, iċ-champions Qormi kisbu 16-il punt segwiti minn GREE Żurrieq Wolves Hotsticks bi 11-il punt, Floriana 7 punti u White Hart mingħajr l-ebda punt.

Mill-banda l-oħra, Luke Bajada ta’ Qormi Daikin spiċċa l-aqwa skorer tal-kampjonat bi 23 gowl segwit minn Christ Agius ta’ GREE Żurrieq Wolves Hotsticks b’14-il gowl u Kyle Micallef ta’ Qormi Daikin bi 12-il gowl.

Finalment kellna żewġ logħbiet mill-ewwel round tal-kampjonat ta’ taħt it-12-il sena, Floriana Young Stars għelbu lil GREE Żurrieq Wolves Hotsticks 10-2 filwaqt li Marsaskala kisbu rebħa ta’ 8-4 kontra Qormi Daikin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport