GREE Sliema Hotsticks baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika wara li ftit sabu diffikulta’ sabiex jegħlbu lil White Hart 7-1.
Kif mistenni s-Slimiżi ħarġu mal-ewwel fuq l-attakk u sa tmiem it-tieni quarter, kienu diġa’ 4-0 minn fuq.
Il-kumplament tal-logħba kienet kollha tal-Blues b’White Hart li naqqsu l-marġni tal-iskor fit-tielet quarter.
Christ Agius skorja hat-trick bi Christian Sammut jwettaq doppjetta personali u b’Gary Bonnici u Ben Johnson li jgħaqqdu l-iskor għat-tim Slimiż.
L-uniku gowl ta’ White Hart ġie skorjat minn Keith Azzopardi.
Umpires: Keith Calleja, Karl Chircop.
KLASSIFIKA – KAMPJONAT NAZZJONALI TAL-HOCKEY
GREE Sliema Hotsticks 10, Qormi Daikin, Floriana Young Stars 7, White Hart 0
Mill-Hockey 9s, Qormi Daikin ixxalaw kontra Marsascala Heat tant li rebħu 8-0. Il-Qriema ħadu r-riedni tal-logħba sa mill-bidu u ftit kien hemm dubju fejn se tmur ir-rebħa.
Luca Callus kien strumentali għal Qormi hekk kif skorja hat-trick filwaqt li Daniel Ellul kien awtur ta’ doppjetta. Nathan Pace Gasan, Jake Spiteri Montebello u Kurt Grixti wkoll niżżlu isimhom fost l-iskorers.
Umpires: Edward Hughes, Emile Borg.
Qormi wettqu doppjetta hekk kif huma rebħu wkoll il-konfront li sar mill-kampjonat ta’ taħt is-16-il sena kontra Marsascala Heat fejn din id-darba rebħu 7-3.
Giorgio Muscat reġa’ spikka għal Qormi meta skorja xejn inqas minn sitt gowls b’Wyatt Magri iżid ieħor.
Marsascala rrispondew permezz ta’ doppjetta ta’ Alessandro Piscopo u gowl ieħor ta’ Kieran Borg.
Umpires: Edward Hughes, Karl Chircop.