Tuesday, May 14, 2024

“Aħna mhux qegħdin hawn biex inħarrku biss, iżda biex ngħinu wkoll”

Uffiċjal tal-LESA li assista persuna li kellha diffikultà bit-tajer tal-karozza

Aqra wkoll

Normalment, meta naraw xi uffiċjal tal-LESA, l-iktar kelma li nassoċjaw ma’ din il-professjoni hija ‘ċitazzjoni’ minħabba li bħala parti minn xogħolhom huwa dmir tagħhom li jaraw illi ċ-ċittadini qed josservaw il-liġijiet u li meta ma jsirx dan min-naħa tal-pubbliku, l-uffiċjali għandhom l-obbligu li jikkoreġu dak l-aġir ħażin sabiex ma nispiċċawx f’ġungla.

Però, tajjeb li niftakru li wara l-uniformi u l-professjoni ta’ dawn l-uffiċjali, hemm umani li jafu jħennu għall-proxxmu u anke jgħinu fejn jinħtieġ il-bżonn.

Fl-aħħar sigħat, f’ritratt li ċċirkola fuq il-midja soċjali, uffiċjal tal-LESA deher jassisti persuna li kellha diffikultà bit-tajer tal-karozza; kuntrarju għal dak li jaħsbu ħafna, “Aħna [l-uffiċjali tal-LESA] mhux qegħdin hawn biex inħarrku biss, iżda biex ngħinu wkoll”.

Sport