Sunday, May 5, 2024

“Ir-Rabat tilef bniedem intelliġenti u li ta ħafna lis-soċjetà fis-skiet”

Wieħed mill-kummenti ta' kondoljanzi miktuba minn ħabib ta' Karistu Abela

Aqra wkoll

Il-komunità tar-Rabat Malta dalgħodu qamet tibki t-telfa ta’ Karistu Abela li kien deskritt minn ħafna bħala bniedem intelliġenti ħafna.

Karistu, li kien ukoll kontributur reġolari fuq il-ġurnal It-Torċa, kien bniedem ta’ twemmin Soċjalista. Kien jagħmel diversi riċerki u wara jikteb dwar dak li jkun sab u jaqsamhom mal-qarrejja tiegħu.

Huwa studja anke barra minn pajjiżna, fosthom Londra, fejn minn hemm kiseb ukoll esperjenza kbira.

Diversi persuni kitbu kummenti ta’ kondoljanzi fuq il-paġna ta’ Facebook fejn fost l-oħrajn ħabib tiegħu kiteb “Ir-Rabat tilef BNIEDEM intelliġenti u li ta ħafna lis-soċjetà fis-skiet. Tkellimna ħafna fuq bosta suġġetti varji u dejjem tgħallimt mingħandek”.

Sport