Tuesday, December 24, 2024

Hockey: GREE Sliema Hotsticks miżmuma minn Floriana Young Stars

Aqra wkoll

Floriana Young Stars baqgħu għaddejjin bil-mument pożittiv tagħhom fil-kampjonat nazzjonali tal-Hockey fejn wara li żammew fi draw ta’ 1-1 lil Qormi Daikin, il-Ħadd li għadda rnexxielhom jagħmlu l-istess ħaġa din id-darba kontra GREE Sliema Hotsticks bl-iskor finali jkun dak ta’ 2-2.

Kienet logħba ferm bilanċjata bi Sliema li tilfu ċ-ċans jirbħu l-partita wara li Jonathan Borg tilfu penalty stroke bl-iskor li kien għadu 0-0.

Kienu l-Furjaniżi li marru fil-vantaġġ permezz ta’ Karl Chircop sabiex Sliema dawru l-iskor favurihom b’żewġ gowls ta’ Ben Johnston.

Meta kollox kien jidher li l-Blues se jieħdu r-rebħa finali, daħal fix-xena Andrea Curmi għall-Greens li ġab l-iskor indaqs sabiex ta punt lit-tim tiegħu. 

F’aktar partiti li ntlagħbu, Qormi Daikin kisbu rebħa importanti fil-Hockey 9s wara li għelbu lil Rabat bl-iskor kbir ta’ 5-0. 
Daniel Ellul u Luke Bajada spikkaw għall-Qriema meta skorjaw doppjetta kull wieħed sabiex Jake Spiteri ukoll niżżel ismu fost l-iskorers.

Finalment f’logħba mill-kampjonat ta’ taħt l-14-il sena, Qormi Daikin ma sabuhiex faċli sabiex jegħlbu lil Marsaskala Summer Nights 5-4.

Giorgio Muscat spikka għall-Qriema hekk kif skorja l-ħames gowls tagħhom bl-Iskalin jirrispondu b’doppjetta ta’ Cayleb Caruana u gowls oħra ta’ Yan Camilleri u Alessandro Piscopo.

Ekonomija

Sport