Iċ-champions lokali tal-hockey Qormi Daikin bdew bl-aħjar mod l-istaġun 2021/2022 meta ftit sabu diffikulta’ sabiex għelbu lir-rivali eterni GREE Sliema Hotsticks 7-1.
Dan kien il-bidu tal-istaġun għall-assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey wara li fix-xahar ta’ Diċembru ntemm b’suċċess l-istaġun 2020/2021.
Fl-ewwel partita uffiċjali tal-istaġun fil-kumpless tal-hockey f’Kordin, il-Qriema ħadu l-kmand tal-logħob sa mill-bidu tant li sal-ewwel quarter kienu diġa 3-0 minn fuq wara gowls ta’ Ayrton Falzon, Steve Tanti u Matthijs Bartelts.
Fit-tieni quarter, Keith Calleja skorja r-raba’ gowl għal Qormi qabel ma’ Chris Agius naqqas il-marġni tal-iskor għal Sliema.
Minkejja kollox, iċ-champions baqgħu konċentrati u wara li John Williams żied ieħor fit-tielet quarter, l-istess plejer għamilhom sitta fir-raba’ wieħed bi Steve Tanti li jissiġġilla l-iskor finali għat-tim tiegħu.
GREE Sliema Hotsticks: Nathan Julian Cardona, Lukas Plaehn, Luke Brincat, Luca Runza, Kurt Bonnici, Ryan George, Gary Bonnici, Jonathan Borg, Christian Sammut, Julian Zahra, David Vella Dingli, Karl Borg, Alessandro Amore, Chris Agius, Sean De Marco, Emile Borg, Shaun Grima, Ryan Dalli.
Qormi Daikin: Shamison Mifsud, Joseph Cuschieri, Clayton Gatt, Matthijs Bartelts, Zachary De Giovanni, Ayrton Falzon, Steve Tanti, Aaron Spiteri, Juan Sarcia, Duncan Edwards, Daniel Ellul, John Williams, Keith Calleja, Axel Cauchi, Steve Portelli, Luke Bajada, Shawn Dimech, Kurt Grixti.
Umpires: Glen Bonello, Nathan Galea